Lokali
Restawrati l-pitturi mal-ħitan fil-kappella privata f’Palazzo De La Salle

Il-ġmiel ta’ pitturi li jiksu l-ħitan tal-kappella privata f’Palazzo De La Salle, li jinsab fil-parti t’isfel ta’ Triq ir-Repubblika, il-Belt, jistgħu jerġgħu jiġu apprezzati mill-pubbliku hekk kif tlesta r-restawr tagħhom.

Il-pitturi mill-isbaħ li jiddekoraw il-ħitan tal-kappella ta’ Palazzo de la Salle fil-Belt qed jerġgħu jitgawdew mill-pubbliku wara li ġew restawrati.

Il-palazz li jospita l-kappella nbena fi tmiem is-seklu sittax u kien iservi bħala waħda mid-djar tal-kavallieri ta’ San Ġwann għal aktar minn mitejn sena.

Fis-seklu tmintax, fil-palazz kienu joqogħdu l-aħwa nobli Henri u Guillieume de La Salle li kienu jieħdu ħsieb din il-parti tal-Belt. Kienu magħrufa bħala d-Due Balli.

Il-palazz għadda f’idejn is-Soċjeta’ Maltija tal-Arti fl-1923 u sar ċentru kulturali ewlieni fil-gżejjer Maltin għall-kunċerti, edukazzjoni tal-arti, esebizzjonijiet u wirjiet minn artisti lokali u internazzjonali.

Il-valur tal-pitturi jrid jittieħed fl-isfond li huma wħud mill-pitturi tal-era Barokka li irnexxielhom isalvaw f’kuntest domestiku minħabba li l-kappella kienet privata.

“And the alters surrounding the paintings are the decorative element which complement the relief stonework which documents this monumental arch, whereas the freeze paintings depict scenes of the life of saint john the baptist and architectural features, and the decorative arms of Fra Guillaume de la Salle and Grandmaster De Vilhena”

Fl-2016 beda proġett tal-konservazzjoni tal-pitturi li saru matul id-deċenju tal-1730. L-eżerċizzju ta’ konservazzjoni sar mid-dipartiment tal-konservazzjoni u l-wirt mibni tal-Università ta’ Malta u kien jikkonsisti f’diversi fażijiet.

“The alters around here are from the seventeenth century whereas the freeze century from top the walls is from the 18th century and we know that the freeże painting is probably commissioned by Guillaume de la salle who was a knight of St John who was a resident of the palace at the time”

Ix-xogħol sewa madwar €25,000.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar