Storja
Restawrati sbatax-il kwadru mpittra kważi 300 sena ilu

Heritage Malta lestiet xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq sbatax-il kwadru mpittra kważi tliet mitt sena ilu, li tnejn minnhom tant huma prestiġjużi li ġew esebiti fil-Messiku u l-Istati Uniti. Il-pitturi jinsabu esebiti fis-sala tal-mużika fil-Palazz ta’ San Anton u f’waħda mis-swali tal-Palazz Verdala.

Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann, Antonio María de Bucareli ħalla wirt prestiġjuż wara mewtu; fosthom 17-il kwadru li ġew Malta mill-Messiku.

Il-konservatriċi ta’ HeritageMalta, Joanna Hili Micallef qalet li l-kwadri tpittru fis-seklu tmintax fil-Messiku mill-artist Juan Patricio Morlete Luiz u fl-aħħar ġimgħat reġgħu sabu posthom fis-swali tal-Palazzi ta’ San Anton u Verdala wara xogħol estensiv ta’ konservazzjoni u restawr.

“Tnax minnhom juru portijiet ta’ Franza u huma bbażati fuq inċiżjonijiet tal-artist Franċiż Claude Vernet, tlieta juru xeni Firenze u huma bbażati fuq inċiżjonijiet tat-tpinġijiet ta’ Giuseppe Zocchi u tnejn minnhom huma oriġinali juru xeni tal-Messiku”.

Dawn iż-żewġ kwadri juru żewġ wesgħat ewlenin fil-kapitali tal-Messiku fi żmien l-era kolonjali u tant kemm huma kkunsidrati importanti li l-awtoritajiet Messikani sselfuhom temporanjament biex jesebixxuhom fil-Messiku, f’Los Angeles u New York.

“Huma uniċi u dawn bażikament juru anke l-ħajja fil-Messiku fis-seklu tmintax għax tant fihom dettal b’waħda turi suq allura għandek il-ħajja kif kienet dak iż-żmien u r-razzez jitħalltu u allura huma interessanti wkoll bħala storja”.

Ix-xogħol ta’ konservazzjoni u restawr fuq dawn il-pitturi ħa madwar sentejn u ġie ffinanzjat mill-Borża ta’ Malta u l-Uffiċċju tal-President.

Aħbarijiet Oħra
Ippjanar u bini

Applikazzjoni kontroversjali għal żvilupp fuq sit ta’ villa storika tas-seklu tmintax fiż-Żejtun, ġiet irtirata mill-iżviluppatur. L-applikazzjoni kienet qed titlob li l-Awtorità tal-Ippjanar tibdel iż-żona fejn tinsab Villa Bonici minn waħda…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, saħaq li l-Istat Malti għandu jagħmel użu mill-mezzi u l-proċeduri kollha għad-dispożizzjoni tiegħu skont il-liġi, inkluż dawk ta’ natura eċċezzjonali biex jinqabad min ordna, iffinanzja, u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ffirma ittra li permezz tagħha kkommetta ruħu li jirrakkomanda maħfra Presidenzjali ġaladarba suspettat li kien involuta fil-komplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jikxef dak…

Kronaka

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ kadavru ta’ mara li ttella’ mill-Bajja tal-Balluta. Kien għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna bla ħajja f’wiċċ il-baħar f’din il-bajja….

Aktar