Barranin
Restoranti, barijiet u ġelateriji fl-Italja jridu jagħlqu fis-6.00pm

Il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte ppreżenta numru ta’ miżuri restrittivi kontra l-Covid-19. Qal li jekk ir-regoli jiġu rispettati f’Novembru, il-Milied ikun aktar seren.

Ir-restoranti, barijiet u ġelateriji jridu jagħlqu fis-sitta ta’ filgħaxija, imma l-Ħadd jistgħu jibqgħu miftuħa l-ġurnata kollha – b’mhux aktar minn erba’ persuni jistgħu jpoġġu mal-medja. Ir-restrizzjonijiet il-ġodda se jibqgħu fis-seħħ sal-24 ta’ Novembru.

Il-gyms, pixxini, swali taċ-ċinema u teatri se jibqgħu magħluqa. Hu rrakkomandat li t-Taljani joħorġu biss għall-affarijiet essenzjali u biex fid-dar ma jilqgħux nies li ma jagħmlux parti min-nukleu familjari.

Huwa kkonferma li l-ewwel dożi tat-tilqima kontra l-Covid mistennija jaslu fl-Italja f’Diċembru u se jingħataw l-ewwel lil dawk l-aktar fraġli u lill-dawk l-aktar esposti għall-virus.

Dwar il-protesti li seħħew fi bliet bħal Ruma u Napli, Conte qal li jifhem ir-rabja tan-nies kontra l-miżuri tal-gvern. Wissa iżda biex ma jingħatax spazju lid-diżordni.