Knisja Maltija
Rettur ġdid għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lill-Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Rettur tal-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann.

Monsinjur Vella, li għandu 59 sena, twieled is-Siġġiewi u ġie ordnat saċerdot fl-1988.

Huwa serva bħala Segretarju u Kappillan tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u kien ukoll delegat tal-Arċisqof għal-liturġija u ċeremonjier tal-Kapitlu Metropolitan u ċeremonjier djoċesan.

Fl-1997 inħatar Difensur taż-Żwieġ fit-Tribunal Ekkleżjastiku u wara mħallef fl-istess Tribunal.

Fl-2017 ġie maħtur Prepostu Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Elena f’Birkirkara.

Sentejn wara nħatar Kappillan fi ħdan l-Ordnu tas-Santu Sepulkru u Monsinjur tal-Katidral Metropolitan ta’ Malta.