Saħħa
Riċerka biex jiġi żviluppat metall li jista’ jintuża f’ċertu każijiet ta’ ksur fil-ġisem

Riċerka b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-isptar Mater Dei qed twassal biex jiġi żviluppat metall li jista’ jintuża f’ċertu ksur fil-ġisem u biż-żmien dan il-metall biodegradabbli jitmermer biex iħalli lill-għadam jerġa jikber u jgħaqqad. Il-Proġett li jissejjaħ BioSA qed isir b’€200,000 fondi tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

L-Università ta’ Malta u l-isptar Mater Dei għaddejjin b’riċerka li permezz tagħha qed jiġi żviluppat metall li jista’ jintuża f’ċertu każijiet ta’ ksur fil-ġisem bl-għan ikun li maż-żmien dan il-metall magħmul apposta li jista’ jidħol fil-ġisem tal-bniedem, jitmermer biex iħalli lill-għadam jikber u jgħaqqad waħdu. Il-Professur Pierre Schembri Wismayer mid-Dipartiment tal-Anatomija fl-Università ta’ Malta, spjega kif dan jista’ jseħħ.

Il-Professur Pierre Schembri Wismayer qal “fir-riċerka li qed nagħmlu flimkien mad-dipartiment tal-inġinerija, inti jekk tagħmel dan il-bridge tal-metall, meta l-għadma allura tkun qed tagħfas fuq iż-żewġ naħat tal-bridge, il-pressjoni tgħaddi minn ġo naħa għall-oħra u allura l-ġisem jibda jibni l-għadam fuq dik il-bridge, fuq dak l-iscaffold, biex jerġa jiżviluppa l-għadma kif inhi. U din ir-riċerka interessanti għax waqt li tkun qed tinbena l-għadma, fl-istess ħin titmermer dan il-bridge, din l-iscaffold.”

Fost il-fatturi pożittivi ta’ din ir-riċerka hemm il-fatt li l-pazjent ma jkollux għalxiex jerġa jgħaddi minn operazzjoni oħra biex ineħħi l-ħadid ladarba l-għadma tkun fieqet.

Il-Professur Inġinier Joseph Buhagiar qal “il-metall li qed nużaw huwa metall li forsi ftit jimmaġinaw in-nies li jista’ qatt jidħol fil-ġisem tal-bniedem għax normalment aħna mdorrijin b’metalli bħat-titanju, bħall-istainless steel, li huma metalli li normalment għandhom ħajja twila u l-idea tagħhom huwa li ftit ikollhom degradazzjoni. Biss dan il-proġett qed naħdmu kompletament bil-kontra. Qed naraw x’inhuma t-tekonoloġiji li aħna nużaw biex inżommu l-metall milli ma jissaddadx u qed immorru kompletament bil-kontra. U r-raġuni għaliex qed nagħmlu hekk il-għaliex irridu li din l-isponża li hu magħmul normalment fil-każ tagħna qed nużaw ħadid, qed nużaw manganese u wkoll fidda, u rriduhom flimkien biex dan il-materjal isaddad.”

Bl-għan li jkun żgurat li dan il-metall hu tajjeb biex jidħol ġol-bniedem, il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-isptar Mater Dei fejn it-tabib Luke Saliba, li qed jitħarreġ fil-kirurġija, għaddej bir-riċerka fuq iċ-ċelloli tal-għadam.

Dr Luke Saliba qal “li qed nagħmlu għalissa huwa li qed nagħmlu esperimenti fuq ċelloli tal-għadma fil-laboratorju ma’ Professor Schembri Wismayer biex naraw li dan huwa safe u li actually ċ-ċelloli tal-għadma jkunu jistgħu jikbru fuq dan il-metall.”

Minbarra d-dipartiment tal-anatomija, u tal-metallurġija u inġinerija tal-materjali, qed jaħdmu fuq il-proġett ukoll id-dipartimenti tal-manifattura u tal-fiżjoloġija fl-Università ta’ Malta. Kif titlesta r-riċerka, il-proġett jaħseb biex isib patent ma’ kumpanija biex dan it-trattament jibda jingħata lil min ikollu bżonn.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar