Barranin
Riċerka: L-irqad veru jaffettwa l-apparenza

Riċerkaturi mir-Royal Society Open Science qalu li esperiment li għamlu wera li dawk li ma jorqdux biżżejjed jidhru anqas attraenti. Jekk persuna tagħmel anki ftit iljieli ma torqodx biżżejjed, ukoll se taffettwa d-dehra tagħha.

Ir-riċerkaturi waslu għal din il-konklużjoni wara li għamlu esperiment fuq 25 student u studenta li qed jistudjaw l-università. L-istudenti kellhom jilbsu apparat matul il-lejl li kien qed isegwi jekk jorqdux. Fl-ewwel ġimgħa kellhom jieħdu raqda tajba f’żewġ iljieli konsekuttivi, filwaqt li fit-tieni ġimgħa kellhom jagħmlu żewġ iljieli fejn jorqdu erba’ sigħat biss. Fiż-żewġ okkażjonijiet, ir-riċerkaturi ħadu ritratti tal-istudenti mingħajr irtokk.

Wara qabbdu 122 persuna li jgħixu fi Stokkolma jiflu r-ritratti tal-istudenti u jiġġudikaw id-dehra tagħhom skont id-dehra, kemm jidhru b’saħħithom, jekk jidhrux għajjenin u l-bqija. Irriżulta li l-pubbliku kien anqas lest jissoċċjalizza ma’ studenti li kienu għajjenin, u li għalih kienu jidhru anqas b’sħattihom. L-għejja kienet evidenti fid-dehra tal-istudenti u għalhekk kienu jidhru anqas b’saħħithom.

Sors: BBC

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ċċelebrat għeluq sninha, hekk kif għalqet 93 sena. B’libsa ċelesta, u bi tbissima, ir-Reġina dehret fl-aqwa tagħha meta attendiet is-servizz tal-Għid fil-Kastell Windsor. Ir-Reġina ngħatat bukkett fjuri…

Reliġjon

Fl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġisku appella lill-politiċi biex iwaqqfu t-tellieqa għall-armi u biex jilqgħu refuġjati li qed jaħarbu minn ambjenti ta’ ġuħ u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fil-messaġġ Urbi…

Barranin

Madwar 200,000 naħla li kienu jgħixu fuq il-bejt ta’ Notre Dame salvaw wara n-nirien li ħakmu. In-nirien qerdu l-biċċa l-kbira tas-saqaf tal-Katidral. Madankollu minkejja li diversi ħasbu li n-naħal inqered…

Barranin

Fi Sri Lanka mill-inqas mitt ruħ inqatlu u mijiet oħra ndarbu kawża ta’ splużjonijiet f’għadd ta’ knejjes u lukandi. B’kollox mill-inqas jidher li seħħew sitt splużjonijiet, bi tlieta minnhom fi…

Aktar