Barranin
Riċerka li twitti t-triq għall-kura tal-kanċer tingħata l-Premju Nobel

Żewġ xjenzjati Amerikani u xjentist Ingliż ingħataw il-premju Nobel għall-Mediċina għall-iskoperti tagħhom fil-qasam tal-mediċina u r-riċerka dwar kif ċelloli jadattaw għall-livelli varji tal-ossiġinu.

Ir-riċerka se twitti t-triq għall-strateġiji ġodda biex tinstab kura għall-mard bħall-kanċer. L-Amerikani William Kaelin u Gregg Semenza qasmu l-premju ma’ Peter Ratcliffe, li huwa mwieled fir-Renju Unit.

Ir-riċerka tagħhom stabbilit il-bażi biex ikun hemm iżjed għarfien dwar kif livelli tal-ossiġinu jaffettaw il-metaboliżmu ċelluloru u movimenti fiżjoloġiċi.

Il-Premju ghal Mediċina huwa l-ewwel mis-sensiela ta’ premji Nobel li jingħata kull sena lil dawk li jkunu ddistingwew lilhom nfushom minħabba l-kontribut li jkunu taw f’diversi oqsma.

Din il-ġimgħa se jitħabbru u il-premju Nobel għax-xjenza, paċi u letteratura. Il-Premju Nobel ilu jingħata mill-1901 u beda jingħata f’ġieħ l-inġinier u l-filantropista Alfred Nobel, li fost oħrajn żviluppa d-dinamita.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Barranin

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ…

Aktar