Saħħa
Riċerka tax-xjentisti Maltin dwar il-kanċer tas-sider tinfirex f’universitajiet barranin

Kumpanija Maltija tal-bijoteknoloġija se tibda tesporta lejn universitajiet barranin, għal riċerka aktar profonda, prodotti innovattivi li se jinħolqu bis-saħħa ta’ riċerka li għamlu xjentisti Maltin dwar tipi differenti ta’ kanċer tas-sider.

Dawn is-sejbiet jipprovdu tagħrif lit-tobba biex it-tumuri jiġu kklassifikati b’aktar preċiżjoni filwaqt li t-testijiet fuq il-pazjenti jkunu inqas invażivi waqt it-terapija.

Riċerka ta’ grupp ta’ xjentisti Maltin dwar tipi differenti ta’ kanċer tas-sider se ddur mal-erbat irjieħ tad-dinja bis-sehem ta’ kumpanija Maltija tal-bijoteknoloġija li se tiżviluppa prodotti innovattivi minn din ir-riċerka . . . bl-għan li l-pazjenti tal-kanċer jingħataw kura aktar effettiva.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Applied Biotech, Claudine Grech Spiteri, qalet li l-ewwel prodott tax-xorta se jitnieda f’Settembru li ġej waqt il-Kungress Ewropew tal-Patoloġija.

”Il-pjan hu li fl-2021 nibdew nipproduċu l-prodott għall-pazjenti globalment jiġifieri f’dan il-każ se jinxtraw minn sptarijiet, kliniċi imma mhux Malta biss, barra minn Malta wkoll.”

Din ir-riċerka bbenefikat minn €190,000 f’fondi permezz tal-programm nazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni bl-isem ta’ FUSION tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Il-grupp ta’ riċerkaturi li ħadem fuq din ir-riċerka, immexxi mill-Professur Godfrey Grech, qed iħabrek biex jestendi r-riċerka għall-kanċer tal-utru.

”Għandna proġett ieħor fuq il-kanċer tal-utru u nista’ ngħid li hemmhekk sibna ċerti karatteristiċi interessanti biex inkunu nistgħu naraw kemm hu avvanzat it-tumur.”

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Jeffrey Pullicino Orlando, qal din ir-riċerka hi xhieda kif l-innovazzjoni tista’ ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar