Kurżitajiet
Skavi fl-inħawi tal-Ġgantija jitfgħu dawl ġdid fuq l-istorja ta’ Malta

Il-Preżenza tal-bniedem f’Malta ġie stabilit li bdiet madwar is-sena 5900 qabel Kristu, madwar 800 sena aktar kmieni milli kien maħsub sa issa. Dan ġie stabilit wara riċerka internazzjonali li kienet ilha għaddejja ħames snin fuq kampjuni ta’ ħamrija u materjal ieħor li nġabar minn skavi fl-inħawi tal-Ġgantija. Ir-riżutlat tar-riċerka li iktar tard ser ikun esebit fil-Mużew tal-Arkeoloġija tħabbru f’konferenza intitolata ‘Fragility and Sustainability’ li saret fil-Forti Sant’Anġlu.

Ħames snin ilu 30 riċerkatur ingħaqdu f”riċerka dwar il-preżenza tal-bniedem fi żmien il-preistorja fil-Gżejjer Maltin. Il-Fondi biex isir l-istudju li laħħqu żewġ miljun u nofs ewro nħarġu mill-European Reseach Council.

Permezz tagħhom saru skavi ġodda u saret analiżi tal-ħamrija li nġabret fis-siti arkeoloġiċi u postijiet fil-kampanja madwar Malta. Minn dak li nstab ir-riċerkatur huma konvinti li l-perjodu preistoriku f’Malta beda madwar 800 sena qabel dak maħsub s’issa.

Prof. Nicholas Vella  qal li “l-ewwel nies li ġew minn Sqallija u għamlu Malta d-dar tagħhom ġew kważi 800 sena milli ħsiebna – l-attività agrikola ġa jinstabu fil-bidu tas-sitt millenju qabel Kristu anzi 5200 sena qabel Kristu.

Il-Professur Vella qal li mir-riċerka ħareġ li l-kwalità ta’ ħamrija fuq l-għoljiet fil-Gżejjer Maltin kienet sejra lura u sa minn dak iż-żmien in-nies kienu jżiedu l-materjal organiku biex il-ħamrija tkun iktar għammiela.

Il-Professur Vella qal li dan ħareġ ċar minn skav li sar fil-Ġgantija f’post li qatt ma ntmiss fejn instab materjal li jikkonferma ż-żmien. Jingħad li f’dan il-perjodu l-popolazzjoni ta’ Malta kienet tgħodd madwar ħamest elef persuna u oriġinaw minn Sqallija.

Ir-riżultati tal-istudju ġew diskussi f’konferenza li ġiet indirizzata mill-Minsitru tal-Kultura Owen Bonnici li qal li dawn l-iskoperti wasslu għal tweġibiet ġodda dwar l-istorja u l-patrimonju ta’ Malta.

F’din ir-riċerka ħadu sehem l-Universitajiet ta’ Belfast, Cabridge, Plymouth u Liverpool, flimkien mal-Università ta’ Malta, is-Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali u Heritage Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar