Lokali
Riċerka turi li Malta għamlet avvanżi fl-integrazzjoni tal-immigranti

Riċerka li saret minn erba’ Universitajiet sabet li Malta għamlet ħafna avvanżi fl-edukazzjoni għall-integrazzjoni tal-immigranti. Ir-riċerka li saret minn Universitajiet f’Ċipru, Estonja, Skożja u Malta kkonkludiet li programmi edukattivi maħsuba apposta, jgħinu u jsaħħu lill-immigranti u lill-pajjiż li jkunu qed jgħixu fih.

Fl-aħħar sentejn, akkademiċi mill-Universitajiet ta’ Glasgow, ta’ Ċipru, ta’ Talinn fl-Estonja u ta’ Malta ħadmu fuq riċerka dwar l-edukazzjoni li tingħata lill-immigranti, li tgħin fl-integrazzjoni tagħhom fil-pajjiż fejn ikunu qed jgħixu. Is-Soċjologa, Dr Maria Brown, li kienet parti mit-tim ta’ akkademiċi, qalet li mir-riċerka ħareġ li Malta qiegħda fit-triq tan-nofs, li filwaqt li għandha xi ttejjeb f’dan il-qasam, saru wkoll avvanżi. Dr Brown spjegat li mqabbel ma’ Malta, Ċipru ftit għandu policies dwar l-integrazzjoni filwaqt li l-Iskożja hija ħafna iktar avvanżata minn Malta f’dan ir-rigward.

Dr Maria Brown qalet “sibna wkoll differenzi fil-policies. L-Iskożja għandhom policy new scots, immigranti ttratati bħala nies ta’ dak il-post”.

Il-Professur Carmel Borg qal li jittama li r-riċerka sservi għal iktar policies dwar l-integrazzjoni.

“L-iskop tar-riċerka li naraw kemm is-settur edukattiv qed jirrispondi għall-interess tal-immigrant, jekk verament nemmnu fl-integrazzjoni” spjega Prof Borg.

Waqt seminar li sar fuq dir-riċerka, il-Pro Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Carmen Sammut tkellmet fuq kif l-Università qed tirrispondi għall-isfidi ta’ studenti immigranti fosthom b’policy kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar