Kurżitajiet
Riċerkatur jgħid li l-bniedem ikun jaf li miet

Meta tmut tkun taf li miet minħabba li l-moħħ jibqa’ jaħdem għal ftit u int tkun taf x’qed iseħħ madwarek.

Dan ħareġ fi studju wara li diversi esperti bdew jiddiskutu x’jiġri meta persuna tmut. L-istudju jgħid li l-koxjenza tibqa’ taħdem anke wara li l-qalb u l-ġisem jieqfu jaħdmu. Dan ifisser li l-moħħ minkejja li hu maqbud f’ġisem mejjet jibqa’ jaħdem.

Riċerkaturi oħra lil hinn mill-istudju jissuġerixxu li wieħed anke jisma’ t-tabib jgħid li miet.

Dr Sam Parnia qed jistudja l-koxjenza wara l-mewt. Huwa qal li mill-evidenza sab li n-nies meta jmutu jesperjenzaw sens ta’ koxjenza.

Ir-riċerka tiegħu tibbażża fuq x’jiġri mill-moħħ wara li persuna tmut jew issib ruħha f’cardiac arrest.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar