Barranin
Riċerkatur tal-vaċċin tal-COVID-19 jgħid li l-ħajja se terġa’ lura għan-normal fix-xitwa li ġejja

Prof. Ugur Sahin, wieħed mill-imħuħ wara l-vaċċin tal-COVID-19, li jidher li hu l-aktar effettiv bħalissa, qal li l-ħajja se terġa’ lura għan-normal fix-xitwa li ġejja 2021-2022.

Il-kofundatur Prof. Ugur Sahin qal li diffiċli li jinħass l-effett tal-viċċin f’din ix-xitwa peress li mhux mistenni jħalli effetti fuq l-għadd ta’ każijiet tal-COVID-19.  Għaldaqstant huwa qal li l-impatt tiegħu se jibda jinħass fis-sajf u l-ħajja terġa’ lura għan-normalità fix-xitwa.

F’intervista fuq programm fuq il-BBC, huwa qal li jinsab kunfidenti li l-vaċċin se jnaqqas it-trasmissjoni tal-virus u anke se jwaqqaf lis-sintomi milli jiżviluppaw fuq dawk li jkollhom il-virus.

Kompla jgħid li jekk kollox imur tajjeb, il-vaċċin jista’ jasal fi tmiem dis-sena jew fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-pjan tagħhom huwa li sa April li ġej jipprovdu mat-300 miljun doża biex jitqassmu madwar id-dinja.

Ara wkoll:

Kumpanija b’vaċċin għall-COVID-19 li jidher li hu effettiv aktar minn 90%