Saħħa
Riċerkaturi Maltin iħabirku biex jiskopru trattament ġdid għall-kanċer fl-għenieqed tal-bajd

Riċerka bis-sehem ta’ xjentisti Maltin f’każi ta’ nisa li jerġa’ jkollhom kanċer fl-għenieqed tal-bajd qed tħalli riżultati inkoraġġanti. S’issa r-riċerka wasslet għal trattament li bih dan it-tip ta’ kanċer inxtorob bin-nofs f’sitt ijiem. Huma jridu aktar fondi biex titlesta r-riċerka u jiġi żviluppat trattament.

Duncan Ayers mill-Università ta’ Malta qal li hemm prospetti tajbin ukoll fil-kanċer tas-sider u tan-nervituri fit-tfal.

Riċerkaturi Maltin qed iħabirku biex jiskopru trattament ġdid maħsub għall-pazjenti nisa li jerġa’ jitfaċċalhom kanċer fl-għenieqed tal-bajd.

Ir-riċerkatur Duncan Ayers spjega li f’dawn il-każi, it-tumur ma jkunx sparixxa għalkollox minn ġisimhom fosthom għax ikun dara l-kimoterapija u jsir reżistenti għaliha. Ir-riċerka ta’ Dr Ayers iżda jidher li qed issib tarf dan it-tumur b’taħlita ta’ kimoterapija u fatturi ġenetiċi tal-kanċer, magħrufa bħala microRNAs.

”Fl-istudji tagħna naqqas id-daqs tat-tumur b’50% bi trattament ta’ sitt ijiem jiġifieri ċekkinna t-tumur bin-nofs f’sitt ijiem.”

Din il-formula nstab li qed taħdem ukoll fuq il-kanċer tas-sider u tan-nervituri fit-tfal.

Fit-tumuri tal-kanċer u anki tan-neuroblastoma fil-livelli ta’ esperimenti li għamilna s’issa, sibna anke li d-daqs tat-tumur jonqos b’70% s’issa.

Dr Ayers qal li r-riċerka tiswa eluf tant li s’issa ntefqu nofs miljun ewro mindu beda jaħdem fuqha 10 snin ilu/ Wissa li din ir-riċerka tista’ tispiċċa fixxa mingħajr sostenn finanzjarju.

Donation ta’ 50ċ jew €1. Jekk kulħadd f’Malta jirnexxielu jagħmel hekk – u jagħti donazzjoni lill-Alive Charity Foundation aħna nkunu qegħdin f’pożizzjoni fantastika.

Ir-riċerka qed issir b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Ghent fil-Belġju.