Teknoloġija
Riċerkaturi Maltin se jistudjaw bir-reqqa l-fdalijiet tal-mummji Eġizzjani

Tim ta’ riċerkaturi Maltin se jkun jista’ jistudja bir-reqqa materjali varji b’tagħmir ġdid u speċjalizzat wara li l-Università ta’ Malta kisbet fondi Ewropej ta’ €100,000 biex tikkollabora mal-Faċilità Ewropea għar-Radjazzjoni Synchrotron ta’ Franza fl-istudju tal-mummji.

Dan it-tagħmir se jkun qed janalizza f’iktar dettall il-mummji ta’ żmien l-Eġizzjani bi proċess iktar avvanzat minn dak manwali li kien isir minn professjonisti mħarrġa f’dan il-qasam.  Ir-riċerkaturi ewlieni ta’ dan il-proġett huwa l-Profesur Johann A Briffa.

B’CT scan simili għal dak li jintuża fil-qasam tas-saħħa, ir-riċerkaturi Maltin se jkunu jistgħu jistudjaw il-materjal b’iktar reqqa mingħajr ma ssir ħsara fuqu.  L-għan huwa li b’din ir-riċerka jiġu żviluppati metodi ġodda bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali fi proċessi ta’ din ix-xorta.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni ntlaqtu minn vettura fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Xatt l-Għassara ma’ moll iċ-ċingaturi. Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena mill-Imqabba. Il-persuni milquta huma żewġt…

Lokali

Il-Ministri Konrad Mizzi u Owen Bonnici qalu li nħolqu profili foloz tagħhom u qed joqogħdu jitkellmu man-nies. Fuq Facebook, il-Ministru Bonnici qal li min ħoloq dawn il-profili qed joqgħod jkellem…

Edukazzjoni

Is-sena li għaddiet 3,500 tifel u tifla ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena ġew reġistrati fil-Klabb 3-16. Is-servizz mogħti minn madwar 600 persuna fi 28 skola joffri serħan il-moħħ u…

Kronaka

Fire Gepostet von Paul Camenzuli Kerr am Sonntag, 18. August 2019 Nirien li tkebbsu f’residenza privata fi Triq Bizazza f’Tas-Sliema waslu biex 12-il persuna li kienu evakwati ngħataw l-assistenza medika…

Aktar