Qorti
Ried iwaqqaf lill-ġar milli jibni bil-bricks minflok bil-franka

Raġel li pprova jwaqqaf lill-ġar tiegħu f’Ħal Għaxaq milli jkompli jibni l-ħajt tal-appoġġ bil-bricks ma ngħatax raġun mill-Qorti.

Anthony Abdilla fetaħ kawża fil-Qorti biex iwaqqaf lill-ġar tiegħu Noel Fenech milli jkompli jtella’ iktar sulari, għaliex qal li dan ma kellux permess biex juża l-appoġġ u lanqas ma kien ħallas għalih.

Abdilla sostna li d-dar tiegħu kienet mibnija bil-franka, iżda Fenech kien qed itella’ l-kumplament tal-appoġġ bil-bricks, u huwa ma xtaqx juża l-bricks jekk ‘il quddiem ikun irid ikabbar huwa wkoll id-dar tiegħu.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff, ikkunsidrat li x-xogħlijiet kienu koperti bil-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, u m’emmnitx li Abdilla tassew ma kienx infurmat b’din l-estensjoni.

Qieset ukoll li Fenech kien offra li jħallas għall-appoġġ, u kien Abdilla li ma aċċettax il-ħlas. Barra minn hekk qalet li l-ħajt diġà kien inbena, u ma kienx il-każ li dan jerġa’ jinħatt, speċjalment fid-dawl tal-fatt li llum il-ġurnata iktar qed jintuża l-bricks milli l-kantun.

Il-Qorti għalhekk irtirat il-mandat ta’ inibizzjoni li kien inħareġ b’mod proviżorju biex Fenech ikun jista’ jkompli bix-xogħlijiet.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar