Barranin
Riefnu mistenni jagħmel il-ħajja tal-Awstraljani iktar diffiċli

Riħ forza ta’ riefnu mistenni jagħmel ħajjet l-Awstraljani iktar diffiċli, hekk kif dan il-pajjiż qed ikompli jiffaċċja iktar nirien. L-istati ta’ South Australia, New South Wales u issa anke Victoria komplew iħabbtu wiċċhom ma’ iktar possibiltajiet ta’ nirien kbar.

“With so much fire in the landscape, we’re just going to continue to see fires getting a run on, fires flaring up for weeks to come, even with rain in Melbourne, even with forecast better weather conditions next week, there is a long way to go and what has been an unprecedented fire event certainly early on in the fire season and of course, we know that we have many weeks of the fire season to run,” qal Daniel Andrews,
Premier ta’ Victoria.

Minbarra r-riħ, in-nirien qed jitħeġġu iżjed minħabba t-temperaturi għolja, li jagħmluha iktar diffiċli biex jintfew.

Sadattant, eluf ta’ Awstraljani ħarġu jipprotestaw fi bliet Awstraljani biex iħeġġu lill-gvern Awstraljan jimplimenta miżuri li jbegħdu lill-pajjiż mill-problemi tat-tibdil fil-klima. Il-Prim Ministru Awstraljan qed jiġi kkritikat minħabba l-qrubija tiegħu mal-industrija tal-faħam fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport….

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Aktar