Droga
Rifes l-għatba tal-ħabs mill-Qorti bid-droga u 13-il mowbajl fuqu

Raġel ta’ 34 sena mit-Togo li ntbagħat il-ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’passaport falz, instab li kien fil-pussess tad-droga.

Is-sejba saret minn scanner tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin malli r-raġel rifes l-għatba tal-ħabs mill-Qorti fejn flimkien ma’ tmien irġiel oħra ġew kundannati 6 xhur ħabs kull wieħed fuq akkużi simili.

Is-sustanza li kellu r-raġel possibilment hi raża tal-kannabis. F’aktar tiftix mill-uffiċjali korrettivi fil-bagalja tar-raġel mit-Togo nstabu 13-il mowbajl.

L-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi infurmat lill-Pulizija li qed jinvestigaw.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar