Politika Lokali
Riflessjonijiet tal-President: Sodisfatta li tat sehemha biex jonqsu l-inugwaljanzi

Inqas minn ġimagħtejn mit-tmiem tal-mandat tagħha, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li tinsab sodisfatta li għamlet li setgħet biex itejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, partikolarment biex tgħin lil persuni vulnerabbli. Minkejja li rrikonoxxiet li setgħet għamlet xi affarijiet differenti, saħqet li l-akbar sodisfazzjon tagħha hu li tat sehemha biex jonqsu l-inugwaljanzi.

Fl-aħħar jiem tal-presidenza, il-Pesident Marie Louise Coleiro Preca qalet li tinsab kburija li ngħatat l-opportunità li tosserva mill-qrib lis-soċjetà Maltija. Qalet li l-ikbar sodisfazzjon hu li tikkontribwixxi biex kull ċittadin, irrispettivament mill-klassi politika, soċjali jew ekonomika, jingħata ċ-ċans li jkun parti mis-soċjetà mingħajr ma ħadd ikun eskluż.

Meta wieġbet mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt it-tnedija tal-ktieb, “Riflessjonijiet tal-President” li fih perspettivi bijografiċi dwar il-ħajja personali u pubblika tagħha, il-President saħqet li meta ngħatat il-kariga, kienet konxja li l-irwol ma kienx eżekuttiv, iżda wieħed li jġorr responsabbiltà morali.

Qalet li l-karriera tagħha kienet dejjem imnebbħa minn missjoni soċjali, anke fil-presidenza. Qalet li għamlet dan b’sens ta’ dover lejn min huwa batut u li ħadmet għall-inklużjoni.

”Ikollna soċjetà li tkun aktar attiva, aktar taħseb b’mod kritiku, ħdimna ħafna fuq dak li ngħidulha peace education fejn l-inklużjoni u ġustizzja soċjali tkun parti integrali minn dak kollu li nkunu qed nagħmlu.”

Il-President sostniet li s-soċjetà Maltija nbidlet b’mod sinifikanti u saret aktar multikulturali li qed tkompli tevolvi b’mod naturali minħabba l-globalizzazzjoni.

Qalet li t-tfal u l-ħtiġijiet tagħhom kienu ċentrali waqt il-presidenza tagħha. Żiedet tgħid li l-ħidma tagħha kienet immirata lejn it-tneħħija tal-inugwaljanzi u esprimiet it-tama li kull riforma, anki fuq livell kostituzzjonali, isaħħah s-sostennibbiltà tas-soċjetà Maltija.

”Jiena dejjem naħseb li nista’ nagħmel aħjar, bla dubju ta’ xejn regrets ikun hemm imma mbagħad hemm affarijiet li bla dubju ta’ xejn huma pożittivi fis-sens li l-poplu tagħna miexi ‘l quddiem, miexi ‘l quddiem imma wkoll fil-progress tagħna ma nistgħux naljenaw rasna għax jista’ jkun ukoll li l-progress iġib ċertu impatti u jħalli ċertu vittmi.”

Il-President qalet li se tkompli taħdem fl-interessi ta’ dawk li huma vulnerabbli u esprimiet it-tama li tibqa’ qrib is-soċjetà Maltija permezz tal-ħidma tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar