Lokali
Riġenerazzjoni fi ġnien fil-Marsa b’investiment ta’ madwar €400,000

Proġett ta’ riġenerazioni b’investiment ta’ madwar €400,000, fi Ġnien Belvedere, wieħed mill-ftit ġonna li hemm fil-Marsa. Il-proġett se jibda fil-ġimgħat li ġejjin malli joħroġ il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar u se jsir bi sħab bejn il-Ministeru tal-Ambjent permezz ta’ Ambjent Malta u l-Kunsill Lokali tal-Marsa.

Il-proġett se jinkludi tħawwil ta’ siġar u arbuxelli Maltin u t-tneħħija ta’ speċi aljeni. Se jsir pavimentar, għamara tat-triq ġdida fosthom bankijiet, kontenituri taż-żibel u dwal ġodda, tiswija tal-funtana u se ssir żona għat-tfal.

Il-Ministru Jose Herrera qal li l-proġett m’għandux jieħu ħafna żmien u hemm il-ħsieb li jsir proġett ieħor simili fi ġnien Spencer fil-Marsa wkoll. Konrad Manche qal li Ambjent Malta trid tibni relazzjoni mar-reġjuni sabiex tkun tista’ tagħti priorità lil proġetti bħal dawn fil-lokalitajiet.

Is-Sindku tal-Marsa Frans Debono rringrazzja lill-Ministeru għall-għajnuna biex itejjeb il-ġnien minn stat żdingat għal żona li se tagħti nifs ġdid lir-residenti Marsin għax qal li mill-fondi allokati għall-kunsilli biss, proġett bħal dan ma kienx ikun possibbli jitwettaq.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Aktar