Lokali
Rimi illegali ta’ skart tal-irziezet fid-drenaġġ ta’ Għawdex

Il-Water Services Corporation qalet li kwantità kbira ta’ ‘farm waste’ likwidu sab triqtu fis-sistema tad-drenaġġ f’Għawdex wara x-xita qawwija. Fi stqarrija ntqal li kieku ma kienetx għall-azzjoni f’waqtha tal-ħaddiema tal-WSC, dan l-inċident seta’ jipperikola xhur ta’ xogħol u investimenti ta’ bosta miljuni ta’ ewro; inkluż l-outfall u d-diffużur f’qiegħ il-baħar li ssewwa ftit tal-ġimgħat ilu.

Intqal li l-bdiewa f’Għawdex issa għandhom aċċess għal faċilità ‘state of the art’ ta’ trattament tad-demel likwidu li tagħti soluzzjoni sostenibbli konkreta biex tiddisponi minn skart bħal dan. Il-Water Services Corporation qalet li dan is-servizz issa huwa sospiż sa nhar it-Tnejn biex jippermetti biżżejjed ħin biex iseħħ l-proċess ta’ rkupru meħtieġ.

Il-Korporazzjoni spjegat li bħalissa qed issaħħaħ b’mod drastiku s-sezzjonijiet ta’ nfurzar tagħha inkluż tagħmir ta’ monitoraġġ ħaj. Dawk li se jiksru l-liġi se jiffaċċjaw azzjoni drastika u se jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ħsara li tkun ġarrbet l-infrastruttura tagħha. Qalet li l-assistenza tal-pulizija se tiġi mitluba  kif meħtieġ.

Sostniet li l-infrastruttura tad-drenaġġ hija kumplessa ħafna u delikata u ssofri ħsarat minħabba l-użu mhux xieraq tas-sistema tad-drenaġġ urban. Huwa għalhekk importanti ħafna li l-fis-sistema jintrema biss skart uman u dak ta’ karta degradabbli.

Kwalunkwe suspetti jew problemi bid-drenaġġ jista’ jiġi rrappurtat lill-Korporazzjoni fuq in-Numru tat-Telefon: 8007 6400;  [email protected]; websajt live chat : www.wsc.com.mt; jew permezz tal-midja soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar