Lokali
Riskju li jinqered in-naħal – 33% tal-ikel li nieklu ġej min-naħal

L-importanza tan-naħal għall-eko sistema u l-produzzjoni tal-ikel fid-dinja ġie rikonoxxut minn Nazzjonijiet Magħquda li ddikkjarat l-20 ta’ Mejju bħala l-Jum Dinji għan-Naħla. Dan sar biex titqajjem kuxjenza fuq l-importanza ta’ din l-ispeċi fost bosta biżgħat madwar id-dinja li n-naħal qed bil-mod il-mod jinqered. Dan it-tħassib jinsab ukoll fost il-ftit Maltin li jrabbu naħal.

In-naħla ma tipproduċiex biss l-għasel. L-importanza tan-naħal hija aktar minn hekk għax hija ħolqa importanti fl-eko sistema u fil-produzzjoni ta’ ħafna mill-ikel.

Adrian Bugeja Douglas mill-assoċjazzjoni Maltija ta’ dawk li jrabbu naħal stqarr sodisfazzjon li n-Nazzjonijiet Magħquda għarfet dan ddedikat jum għan-naħal.

Adrian Bugeja Douglas qal li “33% tal-ikel li nieklu ġej b’mod dirett jew indirett mill-polizzazzjoni tan-naħal – jekk ser nitilfu n-naħal – dan l-ikel nitilfuh”.

F’Malta hawn mal-mitejn persuna li huma reġistrati li jrabbu n-naħal. Victor Busuttil wieħed minnhom. Jinkwetaħ il-fatt li r-razza tan-naħla Maltija hija mhedda fost oħrajn min-naħal impurtat u jibża’ li n-naħla Maltija ser tintilef.

Victor Busuttil qal li “hija l-aktar naħla rari fid-dinja għax għandna ftit eluf ta’ kolonji u ma ssibha mkien aktar fid-dinja u jekk ma nikkonservawhiex u tispiċċa minn Malta mhix ser tinstab iktar fid-dinja”.

Is-sur Busuttil, jgħid li n-naħal huwa mhedded fost oħrajn mill-bexx u mill-għasfur li jpassi li ismu miegħu – qerd in-naħal li jattakka naħal bil-gżuż.

Mario Sant waqgħet żokortu fit-trobbija tan-naħal u jinnota kif evoluzzjoni sħiħa fit-trobbija ta’ din l-ispeċi.

Mario Sant qal li “konna nużaw il-qolla – maż-żmien evolvejna u morna għall-kaxxa tan-naħal. Tiftaħha b’mod iktar komdu; itella’ t-tilari wieħed wieħed. Tista’ żżomm kontroll iżjed tal-mard; tispezzjona fejn hi r-reġina u jekk hix qiegħda tbid”.

F’Malta hawn madwar 4,000 kolonja tan-naħal b’kull waħda fiha bejn 30,000 u 80,000 naħla.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Bejn Malta u Għawdex m’hemmx biss baħar jaqsam. Studju ta’ studenta Għawdxija kkonkluda li leżbjani Għawdxin qed ikollhom jiġu jgħixu Malta minħabba l-pressjoni li jħossu mill-familji u l-komunitajiet Għawdxin. Għal…

Stejjer Umani

Iż-żfin għal ħafna huwa mezz ta’ soċjalizzazzjoni u divertiment imma għal Joe Saliba, li għandu 72 sena, iż-żfin huwa aktar minn żvog. Joe huwa fost bosta persuni li ħadu l-parir…

Stejjer Umani

Problema soċjali kumplessa wasslu biex omm żagħżugħa b’żewġt itfal u kelb tispiċċa torqod f’karozza u tgħajjex lill-uliedha b’€500 fix-xahar. L-omm stqarret li ma setgħetx tmur f’shelter offrut mill-appoġġ minħabba fost…

Aktar