Lokali
Ritorn gradwali għas-servizzi ta’ Identity Malta

Wara li l-passaport Malti ġie rikonoxxut bħala l-Aqwa Dokument tal-Identità Reġjonali tas-Sena, din il-ġimgħa Identity Malta bdiet toħroġ gradwalment il-permess ta’ residenza ġdid għal ċittadini minn pajjiżi terzi. Il-pass li jmiss se jkun dak li gradwalment inbiddlu l-Karta tal-Identità taċ-ċittadini Maltin.

Eventwalment, Identity Malta se tkun qed toħroġ dokument ta’ residenza ġdid lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea, skont il-leġislazzjoni addottata riċentament mill-Unjoni Ewropea. Dan kollu huwa turija ċara kif, quddiem it-theddida globali tal-iffalsifikar tad-dokumenti u s-serq tal-identità, l-Aġenzija Identity Malta qed tkun għal darb’oħra proattiva fil-ħarsien tal-identità taċ-ċittadini tagħha.

Identity Malta għamlet impenn li tkabbar il-pjattaforma diġitali tagħha fl-istess waqt li tmur kemm jista’ jkun ‘paperless’ fl-operat tagħha. Il-proċess ta’ ħruġ ta’ permess ta’ residenza u xogħol għal ċittadini ta’ nazzjonalità terza, inkluż it-tiġdid u talbiet għal tibdil fix-xogħol, ġie emigrat online. Bl-introduzzjoni ta’ dan is-servizz online, il-proċess sar wieħed aktar effiċjenti, mingħajr ma ġew mittiefsa l-kontrolli ta’ sigurtà.

Fiż-żmien li ġej, Identity Malta se tkompli tintroduċi servizzi ġodda online, inkluż in-notifiki tat-twelid u l-imwiet.

Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat iżuru l-uffiċni ta’ Identity Malta

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar