Lokali
RITRATTI: Claudia żżur iċ-ċentru ta’ Kyiv

It-tielet jum ta’ Claudia Faniello f’Kyiv kien iddominat minn żjara li għamlet fiċ-ċentru tal-kapitali Ukrena.

Waqt vjaġġ kulturali madwar iċ-ċentru storiku ta’ Kyiv, il-kantanta Maltija ġiet intervistata minn ġurnalista tal-istazzjon nazzjonali Ukren. Dan is-servizz mistenni jixxandar fi tmiem il-ġimgħa.
Claudia qed tħejjiji għat-tieni prova fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest li se ssir għada.