Barranin
Ritratti: Iżżiegħel bih wara li aktarx salvaha mill-Coronavirus

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport.

Ġara, li kif daħlet id-dar, sid il-kelb sabet lil Kimi qalb il-lożor u b’wiċċ ta’ ħniena wara li ġabilha l-passaport ragħad. U, b’riżultat ta’ dan, fis-saħna tal-mument, il-mara tellgħet għadd ta’ ritratti fuq Facebook, toħodha qatta’ bla ħabel kontra l-kelb tagħha.

一回到房間發現這一幕! 誰能幫我解釋一下 這還能出境嗎😩😩😩#誰來給我把這隻狗帶走🔥🔥🔥

Gepostet von 金毛愛旅行の視角 am Montag, 13. Januar 2020

Madanakollu, ftit wara, ħarġet l-aħbar illi proprju f’Wuhan faqqa’ l-Coronavirus – il-virus qalil li f’dawn il-jiem qed jiddomina l-mezzi tax-xandir mal-erbat irjieħ.

F’dan l-istadju, il-mara ntebħet li l-Bambin refagħha minn xagħarha. U, minn dakinhar ‘l hawn, ma xebgħetx iżżiegħel b’Kimi. Fost l-oħrajn, Kimi, bix-xieraq, laqqat xi ħaġa tajba tal-ikel.

https://www.facebook.com/kimi0611/photos/a.491283704624335/893731574379544/?type=3&__tn__=-R

Sa issa, aktar minn mitt ruħ tilfu ħajjithom bil-virus. U, f’temp ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, il-każijiet kważi rduppjaw. Il-persuni maħkuma mill-Coronavirus telgħu għal madwar 4,500.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Filmat bid-drone juri mijiet ta’ persuni fi kju twil mijiet ta’ metri, bil-għan li jixtru maskra biex jgħattu biha mneħirhom u ħalqhom f’Daegu. Is-supermarket partikolari, li jinsab fid-distrett ta’ Chilseong…

Barranin

Harvey Weinstein ittieħed l-Isptar ta’ Bellevue f’Manhattan ilbieraħ, wara li lmenta li kien qed ibati minn uġigħ f’sidru. Hu kien sejjer fi triqtu għall-ħabs f’Rikers Island, iżda minflok ittieħed l-isptar….

Barranin

Fl-istat ta’ Ceara fil-Brażil inqatlu 147 persuna, hekk kif għal dawn l-aħħar ħames t’ijiem il-Pulizija tal-lokal jinsabu fuq strajk. Ir-rata ta’ kemm qed jinqatlu persuni hija ħames darbiet ogħla mis-soltu,…

Barranin

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus. L-Unjoni…

Aktar