COVID-19
Ritratti ta’ nies mejta bil-Covid-19 jimlew il-knisja waqt quddiesa fil-Perù

L-Arċisqof ta’ Lima, fil-Perù, qaddes quddiesa b’differenza nhar il-Ħadd li għadda, hekk kif il-kongregazzjoni li kellu tħares lejh minn fuq il-bankijiet ma kinitx waħda ħajja.

L-Arċisqof Carlos Castillo mela l-knisja, inkluż il-bankijiet u l-ħitan, bix-xbiehat ta’ xejn inqas minn 5,000 persuna li mietu bil-Covid-19.

Waqt l-omelija huwa kellu kliem iebes għas-sistema tas-saħħa tal-pajjiż, li qal hija bbażata fuq l-egotiżmu u l-kummerċ, u mhux fuq il-ħniena u s-solidarjetà man-nies.

Qal li l-agħar żmien għadu ġej, u li tkun traġedja jekk minflok ir-ritratti li hemm fil-knisja llum, ikun hemm eluf ta’ ritratti oħra ta’ dawk li mietu bil-ġuħ.

Fil-Perù mietu minn tal-anqas 6,400 persuna bil-Covid-19, waqt li mal-225,000 ġew infettati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

COVID-19

Il-qraba se jitħallew jibqgħu jaraw lill-anzjani fid-djar residenzjali bl-introduzzjoni ta’ miżuri ġodda. Se jiġi żgurat li kull ġimgħa jsiru attivitajiet li jferrħu u li jżommu okkupati lill-anzjani f’dawn ir-residenzi. Abbażi…

COVID-19

Mistoqsi dwar l-iskejjel fl-isfond tal-COVID-19 f’Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għadu kmieni biex jagħti risposta biex jgħid hux se jinfetħu. Madankollu huwa qal li…

Aktar