Unjoni Ewropea
Ritratti u poeżiji jiddokumentaw il-COVID-19 f’14-il belt fl-Ewropa

Il-Belt Valletta hi waħda minn 14-il belt fl-Ewropa li qed tieħu sehem fi proġett fuq pjattaforma diġitali li se twassal lill-pubbliku kullana ta’ ritratti u poeżiji li jiddokumentaw l-esperjenza tal-Covid-19.

Erbatax-il belt fl-Ewropa ssiebħu fil-proġett kulturali: Europe at Home, li jikkonsisti fi pjattaforma diġitali li toffri perspettiva artistika permezz ta’ ritratti, poeżiji u proża b’osservazzjonjiet dwar l-impatt tal-Covid-19 fuq id-dinja.

F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, Bruno Inácio, rappreżentant tal-Faro 2027 li hu tim responsabbli għall-kandidatura tal-belt Portugiża ta’ Faro biex seba’ snin oħra tkun il-kapitali Ewropea tal-Kultura qal li stiednu fotografi u awturi minn diversi bliet Ewropej biex jiddokumentaw il-perspettivi tagħhom ta’ dan iż-żmien partikulari.

Ir-riżultat kien qawsalla ta’ ritratti ikoniċi u poeżiji li jikkominkaw l-kuntrast u d-diversità ta’ dawn il-bliet flimkien mas-sentimenti tal-artisti li esprimew ruħhom kreattivament dwar il-kapitlu storiku hekk kif it-toroq traffikużi żvojtaw minn lejl għan-nhar minħabba l-miżuri imposti.

Il-bliet magħżula għandhom assoċjazzjoni mal-istatus tal-Belt Ewropea għall-Kultura hekk kif ilkoll assumew dan it-titlu jew qed iħejju biex ikunu l-kapitali Ewropea tal-kultura fis-snin li ġejjin.

Il-Belt Valletta li kellha dan it-titlu fl-2018 hija rappreżentata b’poeżija ta Simone Inguanez u ritratt ta’ Alexandra Pace li juri l-binja tal-Parlament fl-eqqel tal-Covid-19. Il-kollezzjoni fiha wkoll xbihat u poeżiji ta’ 28 artist minn Bodo in-Norveġja, Chemnitz fil-Ġermanja, Esh-sur-Alzette mill-Lussemburgu, Faro mill-Portugal, Kanaus fil-Litwanja, Leeuwarden fl-Olanda, Novi Sad mis-Serbja, Oulu mill-Finlandja, Piran mis-Slovenja, Plovdiv mill-Bulgarija, San Sebastian mir-reġjun Bask fi Spanja, Tartu fl-Estonia u Veszprem fl-Ungerija.

Hemm ukoll erbat ibliet li dalwaqt jingħaqdu f’din il-pjattaforma diġitali. Ix-xogħolijiet artistiċi qed ikunu esebiti għall-pubbliku fuq europeathome.eu

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar