Ambjent
AĠĠORNAT: Ikkonfermat il-permess għall-proġett tad-DB fil-Bajja ta’ San Ġorġ – ordnati xi tibdil fil-pjanti

It-tribunal tal-ippjanar ikkonferma l-permess għall-iżvilupp tal-proġett tal-Grupp DB fil-bajja ta’ San Ġorġ, għalkemm ordna tibdil fil-pjanti fosthom biex jonqos l-għoli tat-torri l-bini tal-lukanda. Id-decizzjoni ittieħdet meta t-tribunal ikkunsidra l-appell li sar kontra l-permess minn 17-il entità li jinkludu kunsilli lokali, għaqdiet mhux governattivi u individwi. Fi tmiem il-laqgħa dawn ħarġu parzjalment sodisfatti bid-deċiżjoni iżda qalu li ser ikompli bi proċeduri fil-qorti kontra l-iżvilupp propost.

Il-proġett tat-torri tal-grupp DB f’Pembroke ghadda ukoll mit-tribunal tal-ippjanar b’numru ta’ revizzjonijiet wara li t-tribunal sema’ l-appell minn 17-il entita fosthom, kunsilli lokali, għaqdiet u indivdwi.

It-tribunal laqa’ 4 mit-tmintax il-aggravju li tresqu fl-appell billi fost oħrajn iddeċieda li t-torri propost fuq ir-riħ tal-bajja ta’ San Ġorġ jitnaqqsu 10 metri mit-torri tal-proġett approva u 8 metri mill-binja tal-lukanda. Barra min dan irid ikun hemm żieda ta’ kwazi 270 metru kwadru fl-ispazji miftuħ biex titnaqqas id-densità tal-bini. Skont il-kundizzjonijiet tat-tribunal, il-pjanti jridu jiġu emendati biex fost oħrajn jaħsbu l-faċċata tal-bini li hija skedata tiġi integrata fil-progett.

F’każ li fil-pjanti emendati tal-proġett, jitnaqqas il-parkeġġ, irid jiġi żgurat li dan jibqa’ suffiċjenti għal dan l-iżvilupp fis-siti fejn qabel kien hemm l-istitut tal-istudji turistiċi.

Dwar iż-żieda fit-traffiku li ser jiġġenera l-proġett, it-Tribunal innota li l-proġett ma jistax jopera qabel it-tlestija tal-mina li tgħaqqad il-proġett mal-by pass ta’ regional road, li għad trid tigi approvata. Għal dan il-għan it-tribunal talab lil Transport Malta biex tiċċertifika li l-infrastruttura tat-toroq preżenti hija adegwata għat-traffiku li dal-proġett ser jiġgenera.

L-avukat Claire Bonello f’isem l-appellanti qalet li waqt li jilqgħu b’sodisfazzjon l-emendi li impona t-Tribunal, xorta mhumiex biżżejjed. Spjegat li l-proġett approvat għadu kbir wisq għaż-żona u li bil-permess mogħti l-Barracks taż-żmien l-Ingliż għandhom valur storiku ser jintilfu għajr għall-faċċata tagħhom.

“Aħna ħa nkomplu fl-ether tagħna biex ikun skruttinju totali ta’ din id-deċiżjoni u fi ftit ġranet oħra ser niftħu azzjoni l-Qorti għal judicial review” qalet Dr Bonello.

Dr Bonello qalet li ma tistax tifhem kif Trasport Malta tista’ tiċċertifika li t-toroq jifilħu għal aktar vetturi li ser jiġġenera dal-proġett.

Qalet “ma nafx kif jistgħu jmorru kontra x-xhieda li qalu diġà u l-istudji li qalu li hemm ċertu junctions li huma kritiċi u ma jistgħux ilaħħqu mal-konġestjoni tat-traffiku.”

TVM talab ukoll ir-reazzjoni tal-iżviluppatur iżda ma riedx jikkumenta.