COVID-19
Riveduta l-lista ta’ pajjiżi fir-regolamenti dwar l-ittestjar mandatorju

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika jgħarraf li, bis-saħħa tal-artikolu 2 (1) tar-Regolamenti tal-2020 dwar Ittestjar Mandatorju ta’ Ċerti Vjaġġaturi, qed tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fl-istess regolamenti. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għal kwarantina.

Lista riveduta ta’ pajjiżi:

L-Awstrija

Il-Belġju (l-ajruporti kollha)

Il-Bulgarija

Franza (l-ajruporti kollha)

Il-Ġermanja (l-ajruporti kollha)

L-Irlanda (l-ajruporti kollha)

L-Italja (l-ajruporti kollha minbarra Sqallija u Sardenja)

Il-Lussemburgu

L-Olanda (l-ajruporti kollha)

Il-Polonja (l-ajruporti kollha)

Il-Portugall (l-ajruporti kollha)

Ir-Renju Unit (l-ajruporti kollha)

Ir-Repubblika Ċeka

Spanja (l-ajruporti kollha)

L-Iżvizerra (l-ajruporti kollha)

It-Tuniżija

L-Ungerija

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru f’nofsillejl.