COVID-19
Riveduta l-lista ta’ pajjiżi li għandhom jipprovdu test negattiv tal-Covid-19 mal-wasla tagħhom f’Malta

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Pubblika jgħarraf li qed tiġi riveduta l-lista ta’ pajjiżi li tissemma fir-regolamenti dwar l-ittestjar mandatorju.

Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi thawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn tnejn u sebgħin (72) siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Lista Riveduta ta’ Pajjiżi

Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, Barċellona u Ġirona)

Rumanija

Repubblika Ċeka

Tuneżija

Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u Marsilja)

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru, f’nofs il-lejl.

 

Aħbarijiet Oħra

Mario Mifsud, magħruf bħala DJ Banana, esprima tħassib għal oħtu b’diżabbiltà u missieru li t-tnejn jinsabu f’Dar San Ġużepp f’siġġu tar-roti. Fuq il-midja soċjali s-Sur Mifsud kiteb li oħtu, li…

Fil-jum dinji tal-lingwi tas-sinjali, illum 23 ta’ Settembru, Melissa Aquilina ta’ 16-il sena qed tappella lill-poplu Malti u Għawdxi biex jitgħallem imqar il-bażi tal-lingwa tas-sinjali Maltija, biex meta jiltaqgħu ma’…

Il-kantanta Ruth Portelli il-ġimgħa li għaddiet kienet ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta ‘Kuruni’, fuq kliem ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas. Fi kliem Paul Ellul, ‘il-kanzunetta titratta dwar…

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

Aktar