Barranin
Riżenja oħra fil-kabinett ta’ Boris Johnson

Fl-Ingilterra, il-Ministru tax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Amber Rudd, irriżenjat mill-kariga tagħha fil-kabinett ta’ Boris Johnson.

Hi attakkat il-mod li bih il-Gvern qed imexxi il-proċess ta’ Brexit.

Rudd qalet li l-Gvern mhux se jkollu negozjati formali mal-Unjoni Ewropea għal ftehim ġdid ta’ Brexit, imma biss konversazzjonijiet. Fi tweet Rudd qalet li fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar jiem Johnson kecca 21 membru mill-Partit, hi ma tistax ma tiħux azzjoni.

Sostniet li qed isir attakk fuq id-diċenza u d-demokrazija mill-Prim Ministru Johnson. Din hija t-tieni rizenja mil-kabinett fi ftit jiem wara li irrizenja ukoll hu l-Prim Ministru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Barranin

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda. Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa…

Barranin

Mil-lat internazzjonali aktar pajjiżi ewropej irrapurtaw każijiet ta’ Coronavirus. Fl-Italja, l-imwiet telgħu għal tnax waqt li hemm 400 każ ta’ Coronavirus, fosthom sitt itfal. Dan ma wassalx lill-pajjiżi ġirien biex…

Barranin

Għadd ta’ pajjiżi Ewropej ħabbru li għandhom l-ewwel każijiet ta’ coronavirus u lkoll jidhru li huma assoċjati mal-imxija tal-virus li bdiet fl-Italja. L-Awstrija, il-Kroazija u l-Iżvizzera qalu li l-każijet jinvolvu…

Aktar