Politika
Riżultat tas-suċċess ekonomiku jseħħu suċċessi oħra – il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li hu riżultat tas-suċċess ekonomiku li jseħħu suċċessi oħra.

F’attivita’ politika fis-Siġġiewi, Dr Muscat wera s-sodisfazzjon għas-suċċess li qed jiksbu l-atleti Maltin fl-olimpijadi speċjali f’Abu Dhabi. Qal li din hija kompetizzjoni internazzjonali ħarxa u l-atleti Maltin qed jagħtu eżempju ta’ kif bħala pajjiż għandna nimmiraw li nġibu l-aqwa riżultati. Dr Muscat qal li fl-isport il-Gvern qed jaħdem biex issir qabża ‘l quddiem. Spjega li l-Gvern lest li jirdoppja l-baġit għall-isport jekk jara impenn fil-pjani tal-għaqdiet sportivi għas-snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru qal li fl-imgħoddi gvern Laburista kien ħareġ lill-persuni b’diżabilità mill-kantina u gvern Nazzjonalista ħa l-pass kuraġġuż biex tfal u żgħażagħ b’diżabilità ikunu fl-istess klassi ma’ tfal oħra. Il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern għamel pass ieħor ‘il quddiem fil-qasam tax-xogħol, meta ddeċieda li kumpaniji li ma jħaddmux persuni b’diżabilità jridu jħallsu multa. Waqt li llum Malta għandha l-ogħla rata ta’ persuni b’diżabilità li jaħdmu, qal li fil-baġit tas-sena d-dieħla se jiżdied l-allowance għall-persuni b’diżabilità li ma jistgħux joħorġu jaħdmu bil-għan li din tkun daqs il-paga minima.

Il-Mexxej Laburista qal li dan kollu jista’ jseħħ minħabba li l-ekonomija qiegħda tikber. Irrefera għar-rapporti ta’ aġenziji ta’ kreditu li qal qed juru li l-Gvern qed iwettaq dak li jwiegħed. Qal li l-Oppożizzjoni qed tattakka anke dawn l-aġenziji u tgħid li huma korrotti. Dr Muscat qal li rapporti tajbin ta’ aġenziji ta’ kreditu qed iwasslu biex il-Gvern jissellef b’inqas imgħax, u għalhekk ikollu iktar flus x’jonfoq f’setturi oħra.

Semma l-ħruġ tal-bonds tal-Gvern għall-anzjani li l-applikazzjonijiet għalihom telgħu għal iżjed minn mitt miljun ewro. Dr Muscat qal li dan juri fiduċja fil-Gvern li ta lill-anzjani d-doppju tal-imgħax li jagħtu l-banek.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern żamm wegħda oħra, dik li ta lura l-flus tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi li kien daħħal Gvern Nazzjonalista. B’din il-mżiura, qal Dr Muscat, il-Gvern ta lura erbgħa u għoxrin miljun ewro lil disgħa u għoxrin elf persuna.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar