Politika
AĠĠORNAT: Robert Abela se jikkontesta għal Mexxej tal-Partit Laburista

Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, id-Deputat Laburista Robert Abela ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni biex jintghazel mil-organi tal-Partit Laburista is-suċċessur ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista.

Fuq ritratt akkumpanjat minn martu u binthom, Dr Abela kiteb li b’umiltà qed iwieġeb għas-sejħa qawwija tan-nies biex jitfa’ n-nomina tiegħu. Waqt li stqarr li ħa din id-deċiżjoni bl-appoġġ ta’ familtu, Dr. Abela saħaq li flimkien se nżommu ħajja l-fjamma li tagħmilna kburin b’pajjiżna u bil-Partit Laburista.

Il-Ġimgħa wara nofsinhar f’post ieħor, Dr Abela kien indika li mistenni jikkontesta waqt li argumenta li ma kienx lest ikun parti mill-ebda patt imxajtan. Hu kien qed jikkumenta ftit qabel mad-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, ħabbar li se jitfa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.

In-nomini għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista jibdew jintlaqgħu nhar it-Tnejn li ġej u jagħlqu l-Erbgħa. Skont l-istatut tal-Partit Laburista, kull membru tal-Partit jista jikkontesta għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit.

Il-Partit Laburista spjega li jekk ikun hemm iktar minn żewġ kandidat, l-ewwel votazzjoni ssir fis-7 ta’ Jannar mid-delegati fil-konferenza Ġenerali li fiha z-żewġ kandidati li jiksbu l-akbar ghadd ta’ voti, jergghu jikkontestaw bejniethom f’elezzjoni li fiha jivvutaw il-membri kollha fil-Kungress tal-Partit li ghandha rapprezenta aktar wiesgha mill-konferenza generali.

Jekk jikkontestaw żewġ kandidati biss, ssir votazzjoni waħda fil-Kungress li huwa magħmul mid-Delegati tal-Konferenza Ġenerali; Uffiċjali u Membri tal-Kumitati; is-Sezzjoni Kunsilliera; il-Forum Kandidati u mit-tesserati li jkunu ilhom mill-inqas ħames snin regolari fil-ħlas tas-sħubija taghhom. Il-votazzjoni fil-kungress hija skedat li issir 11 ta’ Jannar u l-kandidat li intghazel jinhatar mexxej tal-Partit u eventwalment Prim Ministru.

Ara wkoll:

Id-Deputat PM Chris Fearne jikkonferma li se jitfa’ n-nomina għall-kariga ta’ Mexxej tal-PL

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Inqas minn xahar bogħod mill-Karnival, karru satiriku qajjem kontroversja. L-awtoritajiet iridu li l-karristi jbiddluh biex ma jkunx offensiv waqt li l-karristi qed jiddefendu l-idea tal-karru u jgħidu li ma ġietx…

Trasport

Minn nhar is-Sibt it-traġitti bil-passiġġieri bejn Malta u Kemmuna ser jibdew isiru minn Kooperativa Comino Ferries li fiha seba’ operaturi. Il-koperattiva kienet l-uniku operatur li għamel l-offerta wara sejħa pubblika…

Lokali

Persuni b’mard kroniku jew diżabilità qed iħossuhom diskriminati li kumpaniji tal-assikurazzjoni mhux qed iħalluhom jixtru polza ta’ assikurazzjoni fuq ħajjithom li mingħajrha ma jistgħux jieħdu self mill-bank jew possibilment jibdew…

Lokali

Il-missjoni tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, bħala organu mwaqqaf mill-Kostituzzjoni, hi li tassigura li l-ingaġġ ta’ ħaddiema maċ-ċivil ikun effiċjenti u bbażat fuq il-mertu. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll il-proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-ħaddiema…

Aktar