Unjoni Ewropea
Roberta Metsola l-aktar MEP Maltija li kienet attiva fl-aħħar 5 snin skont is-sit mepranking

Wara li saret analiżi ta’ informazzjoni dwar il-ħidma tal-MEPs f’dawn l-aħħar ħames snin, is-sit awtoritattiv http://mepranking.eu/state.php?st=MT#meps poġġa lill-MEP Roberta Metsola bħala l-aktar MEP attiva għal Malta u Għawdex.

Dawn ir-riżultati tħabbru wara l-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ġabet fi tmiem il-leġislatura bejn l-2014 u l-2019. Dan ir-riżultat jinkludi analiżi ta’ kull attività differenti li għamlu l-Membri tal-Parlament Ewropew, li jinkludu abbozzi ta’ liġijiet, rekords dwar il-voti, emendi legali, diskorsi, trasparenza fil-voti, ir-rwol Parlamentari u affarijiet oħra.

Ir-riżultati tal-MEP Metsola jpoġġiha fuq quddiem nett tal-MEPs tal-Grupp tal-PPE, wara l-President Antonio Tajani u ċ-Chairman tal-Grupp Manfred Weber.

Fl-aħħar leġiżlatura, Roberta Metsola rebħet l-unur prestiġġjuż tal-MEP tas-sena darbtejn, u ntgħażlet bħala waħda mill-għaxar mexxejja żgħażagħ fid-dinja fl-2017.

Waqt li kkummentat dwar dan ir-riżultat, l-MEP Metsola qalet: “dejjem sabiħ li tkun rikonoxxut għall-ħidma li tkun għamilt, speċjalment meta tingħata rikonoxximent minn forum bħal dan, imma – anke jekk mhux dejjem naqblu – kull MEP Malti dejjem jaħdem għall-poplu li nirrapreżentaw.”

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt, qal li d-dibattitu dwar il-leġiżlazzjoni tal-kannabis għal skop rikrettiv mhux wieħed faċli u kollox għandu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tiegħu. F’konferenza tal-aħbarjiet ma’ rappreżentanti mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija, il-Fondazzjoi…

Saħħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-Coronavirus, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li s’issa f’Malta saru swabs fuq 22 persuna li kellhom is-sintomi tal-virus iżda kollha rriżulataw li m’għandhomx il-Covid-19,…

L-għan ewlieni tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni Ewropea hu li jgħinu jindirizzaw sfidi strutturali partikolari, ikattru t-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività ta’ kull pajjiż membru. Fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-riformi…

Ambjent

It-trakkijiet li jiġbru l-iskart ma jaqtgħu xejn deħlin u ħerġin mill-Magħtab. Fil-jum tal-Ħamis meta f’ħafna tal-lokalitajiet jinħabar l-iskart fil-borża s-sewda, l-ħidma tal-Wasteserv li hija responsabbli għall-immaniġjar tal-iskart ma tieqafx hekk kif…

Aktar