Roberta Metsola tappella biex jintemm darba għal dejjem id-diskors populista

 

Il-membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola, eletta f’isem il-Partit Nazzjonalista, ġiet magħżula biex tifforma parti minn delegazzjoni għolja għal-laqgħat f’Malta dwar l-immigrazzjoni irregolari. Id-delegazzjoni li ġejja Malta hi mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. Minbarra t-taħdidiet li se jkollhom f’Malta, se jżuru l-European Asylum Support Office (EASO) u se jkollhom ukoll djalogu pubbliku. Id-delegazzjoni se tkun komposta minn membri parlamentari ewropej minn pajjizi differenti u minn gruppi politici differenti.

F’kumment li għamlet, Roberta Metsola qal li “flimkien mal-Partit Popolari Ewropew, hi ħadmet biex din id-delegazzjoni għolja żżur Malta biex tara b’għajnejha u tmiss b’idejha r-realtajiet li hawn f’Malta. Mhux aktar iż-żmien tad-diskorsi u tar-rapporti, issa ż-żmien tal-azzjoni u d-delegazzjoni li se tiġi Malta se tara l-piż li l-immigrazzjoni irregolari għandha fuq Malta. Għalhekk jeħtieġ li jkun hemm azzjoni konkreta mill-Unjoni Ewropea – azzjoni ħolitistika fejn kulħadd jagħti sehmu.

Roberta Metsola qalet li din iż-żjara hi kruċjali biex il-membri parlamentari ewropej minn pajjiżi oħra jkunu sensittivi għas-sitwazzjonijiet partikolari li għandhom il-pajjiż fil-periferija tal-Ewropa li fuqhom jaqa’ l-piż tal-immigrazzjoni irregolari. Se jkunu hawn biex ipoġġu subajhom fuq il-ferita u jifhmu sew x’inhi l-pjaga tal-immigrazzjoni.

F’diskors li għamlet din il-ġimgħa dwar it-tragedja f’Lampedusa, Roberta Metsola appellat biex jintemm darba għal dejjem id-diskors populista u minflok nitkellmu fuq inizjattivi konkreti li għandhom jittieħdu mill-Unjoni Ewropea. Hi għamlet sensiela ta’ proposti li l-pajjiżi membri u l-Unjoni Ewropea għandhom jiffukaw fuqhom biex jikkumbattu l-immigrazzjoni irregolari. Proposta minnhom li għandha tiġi mistħarrġa hi li jitwaqqaf Uffiċċju fl-Afrika li jeżamina applikazzjonijiet ta’ ażil għal każijiet ġenwini. Dawk li jkun jeħtiġilhom protezzjoni jintbagħatu f’pajjiżi oħra b’mod ġust, ekwu u bilanċjat. B’hekk il-piż jinqasam u ma jsirux aktar vjaġġi li qed jissarrfu fi mwiet f’baħar li qed jinbidel f’qabar tal-massa. “Għandna nħarsu, niddiskutu u naslu għal soluzzjonijiet konkreti fuq ideat ġodda”, saħqet Roberta Metsola. Jeħtieġ ukoll li l-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna lil pajjiżi li qed jippruvaw iqumu fuq saqajhom. Hemm bżonn urgenti ta’ riforma ta’ Dublin II, li tpoġġi piż sproporzjonat fuq ċertu pajjiżi bħal Malta.

Id-delegazzjoni għolja mill-Parlament Ewropea li ġejja Malta fid-29 u t-30 ta’ Ottubru, tinkludi deputati minn partiti differenti fosthom mill-Partit Popolari Ewropew, is-Soċjalisti u l-Liberali.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar