Edukazzjoni
Rocco qed isegwi l-ħolma tiegħu fit-tisjir tal-ħelu

Rocco Gauci jemmen li l-isfidi fil-ħajja tista’ tegħlibhom billi ssegwi l-ħolm tiegħek u ma taqta’ qalbek qatt. Rocco Gauci, li għandu diżabbilità, huwa wieħed mill-elf u mitejn student li qed jistudja fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, b’passjoni kbira fit-tisjir tal-ħelu.

Matul dawn il-jiem l-Istitut ghall-Istudji Turistiċi fetaħ il-bibien tal-kampus tiegħu f’Ħal Luqa għal studenti prospettivi biex jaraw l-opportunitajiet ta’ korsijiet varji li l-istitut joffri fl-industrija tal-ospitalità. Rocco Gauci diġà ħa din l-opportunità u qed jistudja biex ikun ‘pastry chef’.

“Li nsir pastry chef, fuq il-ħelu, għax togħġobni ħafna din il-linja, għaddej tajjeb ħafna, nipprova ma naqtax qalbi,” qal Rocco.

Fl-ITS hemm 1,200 student isegwu korsijiet varji, u l-isitut joffri wkoll opportunitajiet ta’ taħriġ għall-istudenti tiegħu, anke barra minn Malta. Fil-kampus ta’ Ħal Luqa jsir tagħlim akkademiku u anke prattiku bil-kċejjen u saħansitra ristorant.

“Għandi aspirazzjoni li nilħaq chef u nitla’ naqra naqra.” “Li nilħaq chef u forsi jkolli ristorant tiegħi.” “Kuntent sew u sejjer sena barra s-sena d-dieħla.” Dawn kienu wkoll mill-kummenti tal-istudenti li qed isegwu kors fl-ITS.

Staqsejna għalliem x’inhuma l-kwalitajiet li jrid ikollok biex tkun kok tajjeb. “Bħala chef tajjeb, mhux kemm għandek ingredjenti, imma kemm taf tużahom,” fisser is-Sur Victor Żarb.

Direttur fi ħdan l-ITS, Claire Briffa tħoss sens ta’ sodisfazzjon tara l-istudenti jaslu għas-suċċessi tagħhom. “Jikbru, esperjenzi, kienu jafu ftit, imma mbagħad ħarġu fl-industrija.”

Rocco Gauci, li huwa maħbub ħafna mill-istudenti sħabu, irid jservi ta’ ispirazzjoni għal żgħażagħ u adolexxenti biex jidħlu fid-dinja tal-catering, anki jekk għandhom diżabbiltà jew sfidi oħra. “Go for it, taqta’ qatt qalbek u imxi ‘l quddiem.”

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

8 persuni miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li fit-8 t’April persuna ta’ 33 sena ħarġet pożittiva għall-virus. Min kien fl-istess kabina miegħu…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar