Lokali
Roddy Williams akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ martu – se jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs

Baqa’ miżmum arrestat il-ħabs ir-raġel li qafel lil martu f’kamra mħaffra taħt l-art fil-blat fil-Kalkara għal tliet ijiem.  Roddy Williams ta’ 37 sena mis-Seychelles tressaq il-Qorti llum wara nofsinhar.

Roddy Williams li allegatament daħħal lil martu Natalie Williams fil-forti abbundanat tar-Rinella, tressaq il-Qorti u ġie akkużat fost oħrajn b’attentat ta’ qtil u li stupra lil martu fil-mina fejn instabet. Huwa ġie mixli  li ħalla lil martu f’dan il-post għal tliet ijiem mingħajr ikel u xorb bil-hsieb li joqtolha. Hu jinsab akkużat li ffastidja lil martu u ġiegħla tibża minn vjolenza kontriha u kontra l-familja tagħha.

Ir-raġel, li deher dieħel il-Qorti b’ġakketta sewda u jiena skortat mill-Pulizija, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-avukati difensuri Franco Debono u Yanica Vidal u ordnat li jkun eżaminat minn tabib minħabba d-daqqa ta’ ponn li kellu f’għajnejh.

Nathalie Williams, li għandha 46 sena, tħalliet f’post abbundannat għal tliet ijiem mingħajr ikel u xorb fir-Rinella tant li għadha rikoverata fl-isptar wara li instabet it-Tnejn filghaxija, tliet ijiem mindu ġiet irrappurtata nieqsa mill-familjari tagħha.

Ara wkoll:

FILMAT: Il-post fejn instabet il-mara wara 3 ijiem f’kamra taħt l-art fil-Kalkara

AĠĠORNAT: Roddy Williams arrestat b’rabta mal-għejbien ta’ martu Natalie

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar