Qorti
Roddy Williams jinstab waqt rejd kontra d-droga

Roddy Williams, li jinsab akkużat bl-attentat tal-qtil u ta’ stupru ta’ martu Natalie Williams, instab mill-Pulizija waqt rejd għad-droga, wara 45 ġurnata mfittex. Huwa kien imfittex b’mandat ta’ arrest wara li ma ffirmax fl-għassa skont il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

Williams instab it-Tlieta waranofsinhar f’garaxx fi Triq il-Mejjilla f’Ħal Qormi. Huwa kien fost is-seba’ persuni arrestati. ll-Pulizija qalet li fil-garaxx instabu diversi pakketti suspettati bi droga eroina u kokaina lesti biex jiġu ttraffikati, u affarijiet oħra relatati mal-abbuż tad-droga.

Huwa tressaq il-qorti mis-Supretendent Josric Mifsud u l-Ispettur Paula Ciantar quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà provisorzja Williams kien ingħata l-ħelsien mill-arrest f’Ottubru 2018 b’diversi kundizzjonijiet fosthom b’depozitu ta’ €3,000 u granazija personali ta’ €60,000. Il-Maġistrat Frendo Dimech se tiddeċiedi dwar il-każ fl-ahhar tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Instab post alternattiv biex id-detox ma jibqax fejn l-isptar San Luqa fi G’Mangia. Dan ġie konfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali Alfred Grixti li madankollu ma tax dettalji tal-post…

Kronaka

Ir-raġel li lbieraħ il-Pulizija ppubblikaw ritratti tiegħu qed ikun imfittex b’rabta ma’ serqa li seħħet ix-xahar illi għadda f’Tas-Sliema. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lil dan ir-raġel. Minn stħarriġ…

Saħħa

Kollaborazzjoni bejn kumpanija fil-qasam tal-farmakoloġija li tinsab ibbażata f’Malta u riċerkatur Taljan qed twassal għal iżjed riċerka fit-terapija għall-kanċer. Din ir-riċerka hi ibbażata fuq sustanti meħuda minn pjanti mediterranji. Il-Professur…

Aktar