Barranin
Roma u The Favourite bl-iktar nomini għall-Oscars

Tħabbru n-nomini għall-Oscars ta’ din is-sena. Bl-akbar ammont ta’ nomini, għaxra kull wieħed… il-films “Roma” u “The Favourite”, segwiti minn “A Star is Born” u “Vice” b’nominazzjonijiet fi tmien kategoriji.

Id-drama emottiva “Roma”, li hija wkoll l-ewwel produzzjoni distribwita fuq Netflix nominata għall-Oscars, irċieviet għaxar nominazzjonijiet fosthom għall-aqwa film u għall-aqwa direttur Alfonso Cuaron. Hu dderieġa l-produzzjoni ċinematika nostalġika li hija ambjentata fis-sebgħinijiet u bbażata fuq it-tfulija tiegħu fil-Messiku.

L-istess għadd ta’ nominazzjonijiet irċieva l-film “The Favourite” li hija kummiedja dwar nisa li qed jippruvaw jiksbu l-poter fis-seklu tmintax meta kienet fit-tmun tal-imperu Ingliż ir-Reġina Anne.

Qed jikkompetu wkoll għall-aqwa film: “Black Panther,” “Green Book,” “BlacKkKlansman,” “Vice” u l-film ibbażat fuq l-istorja personali tal-kantant tal-Queen, Freddie Mercury: “Bohemian Rhapsody.”

Għall-wieħed u disgħin edizzjoni tal-Academy Awards, spikkaw ukoll in-nomini għal “A Star is Born” li hu d-debutt għal Bradley Cooper bħala direttur u Lady Gaga bħala attriċi. Il-film li huwa bbażat fuq il-klassiku tal-1937 rebbaħ nomini għaż-żewġ atturi fil-kategoriji rispettivi tagħhom kif ukoll għall-aqwa kanzunetta oriġinali ”Shallow” minkejja b’diżappunt għal Cooper li ma kienx nnominat għall-aqwa direttur.

“Vice” li huwa bbażat fuq l-istorja tal-Viċi President tal-ex President George W Bush, bl-attur Christian Bale ma jingħarafx għall-parti li interpreta bħala Dick Cheney bi trasformazzjoni ikonika, ukoll irċieva tmien nomini, b’Bale jirċievi wkoll nomina fil-kategorija tal-aqwa attur. Anki Amy Adams li tinterpreta l-parti ta’ martu, Lynne Cheney kienet nnominata għall-aqwa attriċi.

Anki “Black Panther” spikka fil-lista tan-nominazzjonijiet b’seba’ nomini u huwa l-ewwel film bbażat fuq ir-rakkont tas-superheros li kien nnominat għall-aqwa film.

L-Academy Awards, li huma l-aktar unuri prestiġjużi fl-industrija taċ-ċinema, jingħataw fl-24 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar