Barranin
Ronaldo se jerġa’ jsir missier – qed jistenna tewmin

Cristiano Ronaldo u t-tfajla tiegħu Georgina Rodriguez qed jistennew tarbija.

Huwa xerred din l-aħbar fuq Instagram u qal li qed jistennew tewmin.

Ronaldo kiteb li jinsabu kuntenti ħafna u jinsabu fuq ix-xwiek biex jiltaqgħu magħhom.

Huwa diġà għandu erbat itfal u din hija t-tieni darba li se jkollu tewmin. Huwa għandu lil Cristian Jr ta’ 11-il sena, tewmin ta’ 4 snin – Eva u Mateo u Alana Martina ta’ tliet snin.

It-tewmin se jkunu t-tieni wild għall-koppja ta’ Ronaldo u Georgina.