Stejjer Umani
Rosanne Barbara tasal f’Malta mill-Indja flimkien ma’ bintha

Waslet lura Malta flimkien ma’ bintha ċkejkna ta’ sena u tliet xhur, Rosanne Barbara, mart Ivan Barbara, li miet bil-Covid fl-Indja.

Huwa miet ftit minuti qabel ma kien se jinġieb Malta b’titjira speċjali jumejn ilu, wara li saħħtu marret għall-agħar minħabba l-Covid.

Il-koppja Barbara marru l-Indja fil-bidu ta’ Marzu biex jaddottaw tarbija, iżda ftit qabel kellhom jinżlu lura Malta mardu bil-Covid.

Is-Sinjura Barbara rkuprat mill-virus, u llum waranofsinhar inġiebet Malta flimkien ma’ bintha adottiva.

Ara wkoll:

Ikkremat fl-Indja l-katavru ta’ Ivan Barbara