Lokali
Rotta temporanja ġdida għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Hekk kif ix-xogħlijiet tal-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project bdew jirrankaw, Infrastructure Malta qalet li qed tiftaħ rotta temporanja ġdida għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minn Triq Ħal Far.

Fuq Facebook, Infrastructure Malta qalet li l-aċċess eżistenti (Triq il-Karwija) mir-roundabout tal-Gudja se jingħalaq illejla sabiex f’din iż-żona jibdew jibnu l-istrutturi ta’ dan il-proġett.

Hija appellatt lill-pubbliku sabiex isegwi t-tabelli mir-roundabout lejn devjazzjoni qasira minn Triq Ħal Far, imbagħad wieħed idur fuq ix-xellug lejn ir-rotta ġdida lejn l-Ajruport.