Rumen arrestat wara li ngħaraf minn mara li kien ħalliel

Il-Pulizija qed tinvestiga raġel ta’ nazzjonalità Rumena li kien qed jivvjaġġa fuq karozza tal-linja wara li kien akkużat minn mara li hu ħalliel.

Kien għall-ħabta tat-3.00 ta’waranofsinhar li mara marret tagħmel rapport f’għassa tal-pulizija fejn sostniet li għarrfet tlett irġiel fuq karozza tal-linja li kienu qegħdin jisirqu lin-nies.

B’rabta ma’ dan ir-rapport il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit intbagħtu jwaqqfu l-karozza tal-linja li kienet fi triqitha minn San Ġiljan għall-Belt Valletta.  Jidher li f’ħin minnhom wieħed mill-irġiel nieżel mill-karozza tal-linja u hawnhekk ġie miżmum mill-pulizija wara li d-deskrizzjoni li tat il-mara tiegħu kienet taqbel ma’ kif kien liebes.

Waqt li l-pulizija qed tinvestiga dan il-każ, iż-żewġt irġiel l-oħra li kienu miegħu baqgħu ma nstabux.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar