Avjazzjoni
Runways inbidlu f’parkeġġi – il-pandemija li qatgħet il-ġwienaħ tal-ajruplani

L-industrija tal-avjazzjoni tinsab wieqfa b’eluf ta’ ajruplani fuq it-tarmak flok fl-ajru. Il-Kap Eżekuttiv tat-tieni l-ikbar linja tal-ajru fl-Ewropa, il-Lufthansa, Carsten Spohr qal li l-industrija qed titlef biljuni ta’ ewro, u wissa li ser tikkrolla jekk ma tingħatax għajnuna mill-gvernijiet.

U fl-Istati Uniti, il-Kungress Amerikan approva bailout ta’ ’l fuq minn 50 biljun dollaru għal-linji tal-ajru.

L-industrija tal-avjazzjon tinsab għarkubtejha, għax litteralment l-pandemija tal-coronavirus qatgħet il-ġwienaħ ta’ madwar tliet kwarti tat-titjiriet fl-Ewropa u terz tat-titjiriet madwar id-dinja.

Il-ftit titjiriet li qed joperaw ftit li xejn qiegħed ikollhom passiġġieri, hekk kif l-ivjaggar waqaf kważi għal kollox. Il-mappa tal-ispazju tal-ajru fl-Ewropa turi li sa ġimagħtejn ilu kienet miżgħuda bl-ajruplani, iżda issa qajla tara ajruplan fiha. Il-biċċa l-kbira tat-titjiriet huma għall-ġarr tal-merkanzija.

Linji tal-ajru bħar-Ryanair, l-Easyjet u l-Emirates waqqfu t-titjiriet kollha tal-passigieri, b’riperkussjonijiet finanazjarji li jlaħħqu l-biljuni ta’ Ewro. Ir-Ryanair qalet li tqis li xahrejn li ġejjin mitlufa, iżda qalet li l-kotba tagħha b’erba biljun ewro f’riservi, jifilħu għal dan it-telf.

Iċ-Chief Financial Officer tal-Lufthansa, Ulrik Svensson, qal li l-linja tal-ajru għandha mas-700 ajruplan wieqaf. “There have been very strong statements from the German government that they will help with liquidity in case there will be liquidity problems for German corporate life. So I think that will take care that Lufthansa will for sure be continuing after the corona crisis and actually be a winner.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Lufthansa, Cartsen Spohr, qal li l-kumpanija għandha 5 biljun ewro f’riservi iżda jekk din il-krizi ittul ma tkunx tista’ tkampa mingħajr l-għajnuna mill-Gvern.

L-għajnuna mill-gvernijiet issa tista’ tingħata wara li l-Kummissjoni Ewropea llaxxkat ir-regoli tal-għajnuna tal-Istat lill-kumpaniji kummerċjali. Din il-miżura taf tkun salvaoumo għal linji tal-ajru bħan-Norwegian Air, Scandinavian Airlines u l-Air Malta. Il-linja tal-ajru Norveġiża, Norwegian Air, diġà tat is-sensja lil 7,300 ħaddiem.

L-Emirates, filwaqt li waqfet it-titjiriet bil-passiġġieri, iggarantiet l-impjiegi tal-ħaddiema tagħha, għalkemm naqqsitilhom il-paga bejn 25 u 50 fil-mija għat-tliet xhur li ġejjin.

Linji tal-ajru kbar bħall-British Airways u l-Ibera, iżda, ma jaqblux mal-għajnuna mill-Istat lil -linji tal-ajru li diġà kienu fix-xifer ta’ falliment.

Huwa stmat li l-imxija tal-Coronavirus ser tħalli ħofra ta’ ’l fuq minn 250 biljun dollaru fl-industrija tal-avjazzjoni madwar id-dinja, b’konsegwenza li l-industrija ma tibqax kif konna nafuha.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar