Mużika
Ruth Portelli se tipparteċipa fid-Discovery International Pop Music Festival

Ruth Portelli, kantanta versatili mill-gżira t’Għawdex li riċentament għamlet ritorn ta’ suċċess fix-xena tal-mużika lokali daqt issiefer lejn Varna, magħrufa bħala l-kapitali sajfija tal-Bulgarija. Hemm ħa tkun qed tirrapreżenta lil Malta fid-Discovery International Pop Music Festival b’żewġ kanzunetti: “Determinata”, kanzunetta oriġinali mill-pinna t’Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Scicluna; u “Think of Me”, kanzunetta meħuda mill-film tal-2004, Phantom of the Opera.

Il-parteċipazzjoni ta’ Malta fid-Discovery International Pop Music Festival minn dejjem kienet regolari b’għadd t’artisti fosthom; Marvic Lewis u Mark Tonna fiż-żmien disgħin kif ukoll Olivia Lewis, Julie Zahra, Ludwig Galea, Roger Tirazona, Eleanor Spiteri, Janvil, Domenique, Deborah C u Janice Mangion matul is-snin elfejn.

Mill-bidu tiegħu lura għas-sena 1992, id-Discovery International Pop Music Festival ra diversi artisti mill-Ewropa jiksbu fama fosthom; l-ex rappreżentanti tal-Junior Eurovision Song Contest, Alina Eremia u Marios Tofi; l-istilla ikonika tal-pop Rumena, Laura Stoica; u l-ex rappreżentanti tal-Eurovision Song Contest, Luminita Anghel, Nico, Aleksandra u Konstantin, Mihai Traistariu fost l-oħrajn.

Fl-aħħar tnax-il xahar, Ruth ħadet sehem fl-Għanja tal-Poplu tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll fi produzzjoni lokali ta’ Joseph & the Amazing Technicolor Dreamcoat, u b’hekk tħossha preparata għal din l-esperjenza, l-ewwel darba fuq skala internazzjonali.

Il-festival ta’ din is-sena ħa jseħħ bejn is-17 u d-19 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Carmel Mifsud ta’ 44 sena minn San Ġiljan tressaq il-Qorti akkużat li ħebb, hedded u weġġa’ gravi lil Eman Stelian Micallef, li ġarr mus mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u li…

Edukazzjoni

It-trabi jitwieldu disposti jiżviluppaw il-ħiliet tal-lingwa u l-komunikazzjoni. Is-smigħ ikun ġa żviluppa fil-ġuf tal-omm u t-tarbija tkun ġa tisma’ l-lingwa qabel ma titwieled. Dan l-iżvilupp jikkumplimenta l-kisba tal-litteriżmu aktar ’il…

Qorti

Mara resqet quddiem il-Qorti b’talba biex tingħata l-premju tal-jackpot tal-Quaterno li rebħet fit-18 ta’ Mejju, wara li ramiet il-biljett fi żmien li ddaħħlet l-isptar minħabba kundizzjoni medika serja. Natalie Bonnici…

Aktar