Mużika
Ryan Paul u Rachel Lowell b’ħoss ritmiku għas-sajf

Żewġ żgħażagħ b’imħabba kbira lejn il-mużika ltaqgħu b’kumbinazzjoni u flimkien ħolqu kanzunetta tal-widna b’ħoss ritmiku għas-sajf.

Ryan Paul u Rachel Lowell ikkollaboraw flimkien biex ħolqu You & I.

Segwaċi tal-ġeneru dance diġà jafu li Ryan Paul huwa responsabbli għal diversi kanzunetti, fosthom: Fine u Cosmic Gate, li bejniethom indaqqu aktar minn 150,000 darba fuq il-pjattaforma Spotify.

Rachel Lowell, mill-banda l-oħra, għamlet isem għaliha nnifisha fix-xena tal-festivals lokali, bir-rebħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza permezz tal-kanzunetta Li Stajt Nagħżel Jien lura fl-2019, kif ukoll klassifikazzjoni fit-3 post fl-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Minn Kajfas Għal Għand Pilatu, wkoll fl-2019.

Il-ġimgħa l-oħra, permezz ta’ Facebook, Rachel qalet “Ryan Paul għoġbu leħni, u staqsieni hux interessata li naħdem kanzunetta miegħu. Mal-ewwel demo ridt nagħmilha, tant hu hekk li anke xtaqt li nagħti kontribut, permezz tal-lirika.”