Avjazzjoni
Ryanair b’2 rotot ġodda għall-iskeda tax-xitwa

Ir-Ryanair ħabbret żewg rotot ġodda minn u lejn Malta lejn Ċipru u Santiago fi Spanja li ser tibda topera minn Ottubru li ġej. Il-kampanija qed tistma li din is-sena ser iġorr mat-tliet miljun passiġġier permess tad-59 rotta minn u lejn Malta.

Ir-Ryanair ħabbret li fl-iskeda tax-xitwa minn Ottubru li ġej, ser tkompli bit-titjiriet fuq 13 il-rotta ġdida li ser topera fis-sajf lejn tmien pajjiżi li jinkludu l-Lussemburgu, il-Greċja, l-Olanda u n-Norveġja u Amman fil-Ġordan. Il-kumpanija ħabbret ukoll li ser iżżid rotot ġodda lejn Spanja u Ċipru.

Chiara Ravara, Kap tal-Marketing tal-linja tal-ajru Ryanair qalet “We’re going to have new connections to Pahpos and Santiago in Spain, 2 per weekly – we’ re going to connect Malta to 21 countries and Cyprus is going to be our 21st country to connect Malta to.”

Il-kelliema għall-kumpanija Chaira Ravara kompliet tgħid li l-kumpanija tistma’ li din is-sena ser iġġor kważi tliet miljun passiġġier minn u lejn Malta. Hija qalet li għax-xitwa l-kumpanija ser iżżomm il-flotta ta’ sitt ajruplani bbażati f’Malta. Qalet li dan qed jiġġenera mal-180 impjieg dirett.

Is-sinjura Ravara qalet li għalkemm ir-Ryanair topera b’ajruplani Boeing fil-flotta tagħha s’issa m’għandhiex ajruplani tat-tip Boeing 737 Max li ġew imwaqfa milli jtiru wara l-waqa’ ta’ żewġ ajruplani minnhom. Skont Reuters, ir-Ryanair kienet mistennija li x-xahar id-dieħel ikollha l-ewwel ajruplan ta’ din l-għamla.

Is-sinjura Ravara qalet “as Ryanair we are currently waiting for the outcome of the investigation which is a matter of Boeing and the security authorities and we currently have no max operating in our fleet and as other airline we are waiting for further instruction.”

Reuters irraporta li Ryanair kellha ordnati aktar minn 50 ajruplani tat-tip Boeing 737 Max biex jidħlu fil-flotta tagħha sal-2020.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar