Ryanair b’rotta ġdida għal Ruma minn Ottubru

Il-linja tal-ajru low cost Ryanair żiedet rotta bejn Malta u Ruma bħala parti mill-espansjoni tal-iskeda tagħha għax-xitwa 2015.

B’kollox Ryanair se topera 22 rotta mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta b’kapaċità li ġġorr 1.1 miljun passiġġier.

L-iskeda għax-xitwa 2015 tinkludi żewġ rottot waħda għal Ruma li se tibda topera minn Ottubru u l-oħra għal East Midlands u aktar titjiriet għal Madrid.

Biex tiċċelebra din l-espansjoni, Ryanair qed toffri 100,000 vjaġġ għad-destinazzjonijiet Ewropej li jibdew minn €19.99 għal vjaġġar f’Ġunju. Wieħed jista’ jibbukkja sa nofsilejl tat-Tnejn 11 ta’ Mejju.