Avjazzjoni
Ryanair tħabbar 10 rotot ġodda minn Malta

Wara sajf mimli daqs bajda b’titjiriet minn madwar mitt destinazzjoni lejn Malta, diġà bdew jitħabbru titjiriet oħra għas-sajf li ġej. Ir-Ryanair, li diġà hija l-akbar linja tal-ajru li ġġib passiġġieri lejn Malta, ħabbret li mis-sajf li ġej ser iżżid għaxar rotot oħra lejn seba’ pajjiżi Ewropej li jinkludu l-Lussemburgu, il-Greċja, l-Olanda u n-Norveġja u rotot ġodda lejn Franza, l-Italja u r-Renju Unit.

Il-Kap Kummerċjali tar-Ryanair, David O’ Brien waqt li ħabbar dawn ir-rotot qal li kumpanija ser tkompli tinvesti f’Malta mitt miljun ieħor u ser ikollha s-sitt ajruplan fil-bażi tagħha f’Malta.

Ir-Ryanair ser tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha f’Malta b’żieda ta’ għaxar rotot oħra biex sas-sajf li ġej tkun qed ittir lejn 61 destinazzjoni.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap Kummerċjali tar-Ryanair, David O’Brien qal li b’dawn ir-rotot, l-kumpanija tistma li se tibda ġġorr tliet miljun u mitt elf passiġġier fis-sena, madwar 15 fil-mija aktar milli qed iġġorr bħalissa minn u lejn Malta.

David O’Brien qal “the routes that we have announced today all points of you like in Europe. We have two new routes in the United Kingdom – Cardiff and Exeter. We have a route to France, to Scandinavia, Oslo. We’re flying to Luxembourg and Maastricht in the Netherlands, Perugia, Lamezia, and Greece’s second largest city Thessaloniki. These are new routes to Malta – new connections. Very supportive not to just tourism but business. Not just peak but year around.

Is-sur O’Brien qal li sas-sajf li ġej, Malta se jkollha aktar titjirijiet minn u lejn destinazzjoni fl-Ewropa milli għandu l-Ajruport ta’ Heathrow f’Londra. Żied jgħid li b’61 rotta, minn u lejn Malta, ir-Ryanair ser tinvesti mitt miljun ewro ieħor f’Malta u tibbaża s-sitt ajruplan tagħha hawnhekk.

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi laqa’ dan l-iżvilupp li ser ikompli jkattar it-turiżmu u l-impjiegi.

Il-Ministru Mizzi qal “għaxar rotot tar-Ryanair jfissru li se jkollna capacity biex ir-Ryanair iġġorr tliet mitt elf passiġġier iktar on a two way basis. Dan ifisser li aktar passiġġieri ser jiġu Malta minnd awn is-swieq ġodda. Ir-realtà hi li r-Ryanair jimlewhom l-ajruplani tagħhom. Kuntent ukoll li ser jibbażaw ajruplan ieħor f’Malta – dan ifisser li ser iħaddmu iktar piloti f’Malta għax ikollhom bżonn two sets biex joperawh dan; iħaddmu aktar cabin crew u qd juru commitment lejn l-Ajruport tagħna.”

Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Gavin Gulia qal li r-rotot il-ġodda ta’ Ryanair jikkumplimentaw l-istrateġija tal-Awtorità li Malta tilħaq aktar destinazzjonijiet u ssaħħaħ il-konnettivita’ ta’ Malta mal-Ewropa. Qal li ħafna mir-residenti fl-ibliet fejn se tibda ttir Ryanair ifittxu postijiet qrib il-baħar li huma għanja fil-kultura u l-istorja.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Iż-żmien jagħmel tiegħu u meta jkun mgħejjun minn elementi bħall-ilma u t-tniġġiż jaf ikun l-ikbar għadu għall-opri tal-arti fis-soqfa tal-knejjes tagħna. Il-Kolleggjata ta’ San Pawl fil-Belt tiffaċċja spiss il-problema tal-ilma…

Saħħa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew…

Politika Lokali

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa mill–Oppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li…

Aktar