Saħħa
Sa 10 snin oħra 25% tal-Maltin jistgħu jbatu b’qalb għajjiena

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei jemmen li sa għaxar snin oħra sa 25% tal-popolazzjoni tista’ tbati b’qalb għajjiena.

Il-kardjologu Dr Robert Xuereb qal lil TVM li f’Malta hawn ‘il fuq min-8,000 ruħ ibatu minn din il-kundizzjoni li taffettwa bil-kbir is-saħħa tal-bniedem.

Is-sintomi varji tal-għejja fil-qalb huma r-raġuni ewlenija għall-akbar għadd ta’ pazjenti li kull sena jmorru fid-Dipatiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.

Fil-jum dedikat għal din il-kundizzjoni, il-Kardjologu Robert Xuereb saħaq li d-dieta ħażina, in-nuqqas ta’ eżerċizzju u l-età huma l-fatturi ewlenin għal din il-kundizzjoni li tirriżulta spiss minn attakki tal-qalb.

”Minhabba l-ferita tal-attakk tal-qalb, mela l-kawżi li jikkaġunaw l-attaki tal-qalb li huma erba’, it-tipjip, sigaretti, pipa, il-pressjoni għolja, iz-zokkor, il-kolesterol fid-demm dawn kollha jikkaġunaw djuq tal-aterji tal-qalb u qalb għajjiena.”

Dr Xuereb spjega li f’età avvanzata, il-qalb ikollha tendenza ikbar li tibda tgħejja. Wissa iżda li din il-kundizzjoni tista’ taffetwa wkoll persuni ferm iżgħar fl-età.

Għal Marisa Zammit li attendiet għal-laqgħa ta’ informazzjoni fl-Isptar Mater Dei qalet li hija tieħu s-sintomu tal-qtugħ ta’ nifs b’serjetà kbira, wara t-telfa ta’ ħabiba tagħha.

Kienet tqawwiet ftit, u kienet taqta’ ħafna nifisha u ħasbet li għax kellha l-piż żejjed imma fil-fatt kien għax kellha qalb għajjiena.

”Taqta’ nifsek hu, timxi biċċa u malajr trid tieqaf.”

Dr Xuereb saħaq li l-Maltin iridu jieħdu ħsieb saħħithom minn età żgħira, kemm permezz tal-eżerċizzju kif ukoll b’dieta meqjusa u bilanċjata.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar