Ambjent
AĠĠORNAT: Intlaħaq kompromess bejn arja nadifa u l-manifattura ta’ karozzi li jniġġsu inqas – Miriam Dalli

Il-Kumitat Ambjentali tal-Parlament Ewropew approva r-rapport tal-MEP Miriam Dalli dwar it-tnaqqis tal-ħruġ ta’ gassijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi.  Ir-rapport jgħid li sal-2030, 45% tal-karozzi ġodda privati u dawk żgħar għall-użu kummerċjali għandhom ikunu b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2 (dijossinu tal-karbonju – sors tat-tniġġis ambjentali, il-mard respiratorju u l-bidla fil-klima).

Meta kienet qed tindirizza konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum fil-Parlament Ewropew fi Strasbourg, Dr Dalli qalet li dawn il-miri se joħolqu bilanċ bejn il-kuxjenza ambjentali, is-saħħa taċ-ċittadini u l-isfidi li għandha l-industrija tal-manifattura tal-vetturi fl-Unjoni Ewropea.

Spjegat kif din hija policy li għandha twassal għal bidla pożittiva biex tiżdied il-produzzjoni ta’ karozzi li jaħdmu bil-batteriji, l-elettriku, hybrid u għalhekk isir iktar investiment u jinħolqu l-impjiegi, iżda fl-istess waqt ikunu vetturi li ma jniġġsux l-ambjent u jħarsu saħħet iċ-ċittadini Ewropej.

L-MEP Maltija saħqet ukoll fuq il-bżonn li tiżdied l-infrastruttura biex min juża karozzi elettroniċi jew bil-batterija jkun jista’ jiċċarġjaha faċilment, filwaqt li qed tipproponi li jingħata taħriġ lill-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur.

Spjegat kif fir-rapport tagħha qed tipproponi li għandha tinbidel is-sistema li biha ssir analiżi ta’ kemm joħroġ CO2 mill-vetturi biex jiġu evitati xi skandli bħalma ġara fil-passat.  Dr Dalli hija tal-fehma li dawn il-miżuri għandhom jidħlu gradwalment biex jagħtu ċans lill-industrija awtomobilistika tadatta għall-miri stabbiliti fir-rapport.

Ir-rapport tal-MEP Dalli għadda bi 38 vot favur, 23 vot kontra u 7 astensjonijiet.  Il-pass li jmiss huwa li jittieħed vot mill-MEPs kollha fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew ta’ Ottubru.

Ara l-kumment li tat Dr Dalli meta mistoqsija minn TVM dwar kif se jintlaħaq bilanċ bejn l-aspetti ekonomiċi u ambjentali tal-industrija tal-manifattura tal-vetturi fl-Unjoni Ewropea bil-miri stabbiliti fir-rapport.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern m’għandux pjani għall-ambjent u iddikjara li r-rappreżentanta tal-PN fuq il-bord tal-ippjanar Marthese Portelli kienet se tivvota kontra l-approvazzjoni tal-bini ta’…

Ambjent

Studju wera li l-Maltin b’mod ġenerali m’għandhomx għarfien ta’ kif jerfgħu l-mediċini u lanqas jafu kif u fejn għandhom jarmu mediċini skaduti li huma kkunsidrati bħala skart perikoluż. Lorna West,…

Kronaka

Id-droga li nqabdet ilbieraħ u sustanzi illegali oħra li jinqabdu mill-Pulizija jew id-Dwana jiġu analizzati f’laboratorju fl-Università ta’ Malta, li hu mgħammar b’teknoloġija li, fost l-oħrajn, tistabilixxi l-purità tad-droga. Fi…

Fondi UE

Il-Ministru Helena Dalli pparteċipat f’diskussjonijiet tal-ogħla livell li għandhom x’jaqsmu mal-Multi-Annual Financial Framework (MFF) fejn saħqet fuq l-importanza tal-politika tal-koeżjoni bħala miżura li tgħin l-investiment filwaqt li ttejjeb il-kummerċ fl-UE….

Aktar